Lokali

Tarbija fost is-sitt persuni li weġġgħu f’inċident bejn sitt karozzi fi triq il-Kosta San Pawl il-Baħar

Net News jistà jiżvela li għall-ħabta ta’ nofsinhar, seħħ inċident bejn sitt karozzi, viċin ir-roundabout tas-Salini fi Triq il-Kosta.

Fuq il-post issejħu 3 ambulanzi kif ukoll membri tal-protezzjoni ċivili u, minn informazzjoni li kiseb Net News, jidher li raġel ta’ 42 sena residenti Sliema, fejn kien qed isuq karozza tat-tip Nissan u Ġermaniż ta’ 56 sena, li kien qiegħed isuq karozza tat-tip Peugeot 208, ma soffrew l-ebda ġrieħi.

Min-naħa l-oħra, ix-xufier ta’ 23 sena residenti San Pawl il-Baħar, fejn kien qiegħed isuq vettura tat-tip BMW, flimkien mal-passiġier ta’ 22 sena residenti l-Imġarr, ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Dan filwaqt li raġel ta’ 40 sena residenti Sliema, li kien qiegħed isuq karozza tat-tip Chevrolet Matiz, kif ukoll ix-xufier ta’ 43 sena residenti San Pawl il-Baħar, li kien qiegħed isuq vettura tat-tip Fiat Spilo ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Sa issa l-kundizzjoni tal-persuni involuti għadha m’hiex magħrufa.

Aparti dawn, ix-xufier ta’ 26 sena residenti l-Fgura li kien qiegħed isuq Toyota Vitz ma sofra l-ebda ġrieħi, iżda l-passiġiera ta’ 25 sena residenti l-Fgura flimkien ma’ tarbija ta’ tlett xhur ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura, iżda b’xorti tajba jidher li kemm l-omm kif ukoll it-tarbija soffrew ġrieħi ħfief.

It-triq tal-Coast Road direzzjoni lejn il-Qawra bħalissa tinsab magħluqa.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin. Aktar dettalji fil-ħin li ġej.