Lokali Saħħa

Bżonn ta’ azzjoni immedjata għall-pazjenti li qed jistennew operazzjoni urġenti fl-ortopedija – PN

Hemm bżonn tiġi indirizzata b’mod immedjat sitwazzjoni li tirrigwarda l-operazzjonijiet ta’ emerġenza fl-Ortopedija.

Fi stqarrija, ffirmata mill-Kelliem għas-Saħħa Stephen Spiteri, il-Partit Nazzjonalista nnota kif ħafna pazjenti qed isofru minn dewmien inaċċettabli meta l-kundizzjoni medika tagħhom titlob kirurġija urġenti.

Dan id-dewmien jista’ jwassal għal kumplikazzjonijiet fuq saħħet dawn l-individwi, li wħud minnhom huma anzjani u vulnerabbli. Dan qed iseħħ minħabba nuqqas ta’ operating tables, anestetisti u theater nurses, b’din sitwazzjoni trid tiġi evitata b’soluzzjonijiet evidenti.

Il-Partit Nazzjonalista ilu jisħaq fuq waiting lists u żmien eseġerat ta’ stennija fil-qasam ta’ kura u servizz fl-Isptar Meter Dei, li qed inaqqas il-kwalità u l-effiċjenza.

Il-pazjenti Maltin u Għawdxin u l-familjari tagħhom jistħoqilhom aħjar, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.