Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: Diżappunt dwar ostakoli għall-isħubija fl-UE

 

Fi żviluppi oħra, it-Tmexxija fl-Ukrajna esprimiet diżappunt qawwi talli l-isforzi tagħha biex tissieħeb ‘malajr kemm jista’ ikun’ fl-Unjoni Ewropea qed jiltaqgħu ma’ reżistenza determinata min-naħa tal-Awstrija.

Il-Ministru Awstrijak għall-Affarijiet Barranin, Alexander Schallenberg, kien ikkwotat li l-Ukrajna mgħandhiex tingħata l-offerta ta’sħubija fl-Unjoni ta’ 27 pajjiż. Dan waqt li hu tenna li ‘għandhom jinstabu u jkunu kunsidrati mezzi alternattivi’ għat-tkattir tar-rabtiet bejn Kiev u l-UE.

Intant, l-Ukrajna ma taqbilx mal-kliem ta’ Schallenberg waqt li fissret ir-rimarki tal-Ministru Awstrijak bħala ‘neqsin mill-viżjoni għall-Ewropa minn aspett strateġiku’.

Dan meta l-UE appoġġjat bil-qawwi lill-Ukrajna waqt din il-gwerra u fejn fost oħrajn imponiet is-sanzjonijiet fuq ir-Russja għall-azzjonijiet qattiela li għaddejjin bħalissa fit-territorji Ukreni.