Ir-Russja, illum, kellha tippermetti l-evakwazzjoni taċ-ċivili li – flimkien ma’ għexieren ta’ suldati Ukreni — ilhom il-jiem magħluqin u iżolati fil-kumpless industrijali ta’ Mariupol.
Madankollu, is-sitwazzjoni qed tkun imfissra bħala ‘fluwida u konfuża;’ anki jekk, fl-inħawi, dehru xi movimenti ‘mhux tas-soltu’ ta’ ċivili. Kollox għad jista’ jinbidel wara li fallew diversi ftehim preċedenti għall-evakwazzjonijiet minn Mariupol – bil-qawwiet Russi ma jirrispettawx il-kriterji umanitarji.
Il-kumpless ta’ Azovstal ilu l-jiem taħt il-bumbardamenti tar-Russi – bis-sorsi Ukreni jsostnu li l-Armata ta’ Moska għadha qed tipprova tassedja lill-istess kumpless minkejja wiegħdiet preċedenti li kellha ‘tieqaf mill-offensiva fuq dan is-sit.
//= $special ?>

