Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Antony Blinken, li għadu kemm temm żjara fl-Ukrajna, qal li r-Russja qed tfalli fil-miri militari tagħha fost it-telf ta’ ħajja u makkinarju tal-gwerra li baqa’ konsistenti mindu l-Armata tal-Kremlin invadiet l-artijiet Ukreni fl-24 ta’ Frar.
Blinken qed isostni li ‘ir-Russja qegħda titlef il-gwerra’ wara li, fi tmiem il-ġimgħa, iltaqa’ mal-President Ukren Volodymyr Zelensky fi Kiev – b’din tkun l-aktar żjara ta’ livell għoli minn rappreżentant tal-Istati Uniti fl-Ukrajna mill-bidu tal-invażjoni.
L-Istati Uniti qed tintrabat biex tkompli tgħin lill-Istati Uniti bl-armamenti u materjal ieħor – bis-Segretarju tad-Difiża, Lloyd Austin (il-Kap tal-Pentagon li wkoll għadu kemm temm żjara fi Kiev) isostni li Washington irid jara lir-Russja dgħajfa, minn lat militari, bit-tama li l-Kremlin qatt aktar ma jkun f’pożizzjoni li jinfexx f’aggressjoni tiegħu fuq l-Istati ġirien.
‘Irridu naraw li r-Russja, fil-futur, ma tkunx f’pożizzjoni li tagħmel l-affarijiet li rajna diġà fl-Ukrajna u meta hu importanti li Moska, wara li tilfet ħafna mill-kapaċità militari, ma tkunx tista’ tirriproduċi din il-kapaċità matul is-snin li ġejjin,’ sostna Austin.
Kliemu qed jitqies bħala l-aktar kummenti xotta u ‘neqsin mid-diplomazija’ li qatt saru minn Segretarju tad-Difiża tal-Istati Uniti u mhux il-pajjiżi kollha tal-Punent jistgħu qed jaqsmu l-istess sentimenti ta’ Austin.
Sadanittant, l-Istati Uniti ħabbret li se tagħti lill-Ukrajna l-ekwivalenti ta’ aktar minn $700 miljuni f’għajnuna militari addizzjonali. Dan waqt li r-Russja – permezz tal-ambaxxatur tagħha f’Washington — wissiet lill-Istati Uniti biex ma tibgħatx aktar armi lill-Ukrajna.
Is-Segretarju tal-Istat Blinken qal ukoll li d-diplomati Amerikani se jibdew jirritornaw fl-Ukrajna din il-ġimgħa u li l-Istati Uniti għandha tiddeċiedi ‘speċifikament’ meta għandha tiftaħ mill-ġdid l-ambaxxata tagħha fi Kiev. Antony Blinken żied li ddiskuta s-sitwazzjoni fl-Ukrajna mas-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres u sostna li Guterres għandu jwassal ‘messaġġ qawwi ħafna’ lill-President Russu Vladimir Putin dwar il-ħtieġa li l-gwerra fl-Ukrajna tintemm mill-aktar fis.
Guterres anki mistenni jwettaq pressjoni fuq Moska biex taċċerta mir-rotot għall-eżodu ta’ ċivili Ukreni miz-zoni tal-gwerra,
//= $special ?>

