Viktor Dragomanski, akkużat ma’ tnejn oħra b’rabta mal-qtil ta’ Christian Pandolfino u Ivor Maciejowski fl-2020 f’Tas-Sliema tqiegħed taħt att ta’ akkuża. Il-koppja nqatlet b’tiri ta’ tiri fl-appartament tagħhom fi Locker Street, Tas-Sliema, f’dik li kienet deskritta bħala serqa li marret ħażin.
Il-bouncer Dragomanski mill-Maċedonja ta’ Fuq b’kollox qed jiffaċċja erba’ kapijiet ta’ akkuża, kompliċità fl-omiċidju, serq aggravat b’omiċidju volontarju, vjolenza bil-mezz, ħin u l-post, użu ta’ pjanċi tan-numri tal-karozzi llegali u serq ta’ proprjetà. Is-Supretendent James Grech u l-Ispettur Colin Sheldon kienu ressqu lir-raġel ta’ 38 sena quddiem il-Maġistrat Victor Axiak f’Awwissu 2020.
Dragomanski qed jiċħad l-akkużi kollha. Minkejja li kien jeħtieġ rappreżentanza minn avukat tal-għajnuna legali meta tressaq il-Qorti l-ewwel darba, wara li kien qal lill-maġistrat li kien bla xogħol, issa qed ikun rappreżentat mill-avukat kriminali ewlieni Franco Debono. Dragomanski, ilu taħt arrest preventiv mill-arrest tiegħu, sentejn ilu,
Huwa t-tieni persuna li tpoġġa taħt att ta’ akkuża għas-sehem tiegħu fil-qtil, Nhar il-Ġimgħa, kien Daniel Muka, ta’ nazzjonalità Albaniża, li l-Avukat Ġenerali ħareġ l-att tal-akkiża fil-konfront tiegħu. Muka ukoll qed iwieġeb mhux ħati. It-tieler raġel mixli b’dan il-qtil huwa d-Daniż Jesper Kristiansen, bl-akkużati qegħdin jiffaċċjaw akkużi separati.
Il-limitu ta’ żmien għall-preżentata tal-att ta’ akkuża kontra Dragomanski kienet waslet biex tiskadi l-ġimgħa d-dieħla għax dan kien tressaq ftit wara li tressaq Muka. Is-Supretendent James Grech u l-Ispettur Colin Sheldon qed imexxu l-prosekuzzjoni fil-każ. L-avukati Joe Giglio u Roberta Bonello qed jidhru bħala parte civile.
//= $special ?>