Lokali Qorti

Robert Aquilina jgħid li ittri anonimi kollha velenu li kien jirċievi kienu “fotokopja” tan-narrattiva “traditur” tal-Labour

Ritratt: Matthew Tabone

Il-President tal-Għaqda Repubblika l-Avukat Robert Aquilina qal Maġistrat li semgħet’ xhieda kontra raġel akkużat li bagħat ittri ta’ theddid kollu velenu indirizzati lilu, dwar l-impatt li l-ittri kellhom fuq il-ħajja tal-familja tiegħu u li indikaw li min jibgħathom kien għamel ir-riċerka tiegħu fuqu.

Aquilina xehed hekk kif komplew il-proċeduri kriminali kontra Joseph Mary Borg ta’ 71 sena mill-Belt. Borg huwa akkużat li bagħat ittri kollha ħdura u ta’ theddid fir-residenzi privati ​​tad-Deputati tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, Jason Azzopardi u Ryan Callus, il-President ta’ Repubblika Robert Aquilina, kif ukoll lill-artikolista tal-gazzetti u kritiku tal-gvern il-Professur Kevin Cassar.

Huwa akkużat ukoll li hedded u insulenta lil Aquilina u lil ħuh, id-Deputat tal-PN Karol Aquilina, kif ukoll li ta fastidju u hedded lil Karol Aquilina u li kkaġuna lil Robert Aquilina biża’ mill-vjolenza, hedded lill-Membri Parlamentari waqt il-qadi ta’ dmirijiethom, li ta fastidju lill-Professur Cassar u lil mara tiegħu u li ġiegħelhom jibżgħu mill-vjolenza li setgħet tiġi attwati.

Robert Aquilina qal lill-maġistrat Astrid May Grima li l-ittri kienu waslu lejn l-aħħar tal-2021 wara li Repubblika reġgħet bdiet il-protesti tagħha kontra l-korruzzjoni. Wieħed ntbagħat fid-dar ta’ ħuh Karol, indirizzat lil Robert Aquilna u l-ieħor intbagħat direttament lilu.

L-ittri kienu waslu fi żmien meta Aquilina kien għadu kif ġie avżat, minn politiku Laburista li ma ssemmiex fil-qorti, biex jieħu prekawzjonijiet għas-sigurtà tiegħu. Aquilina qal li ż-żewġ ittri wrew ossessjoni mill-kittieb u l-kontenut tagħhom mar lil hinn mis-sempliċi kritika.

L-Ispettur Kurt Farrugia informa lill-Qorti li l-ittri se jkunu esebiti fi stadju aktar tard tal-proċeduri. Il-maġistrat staqsiet lil Aquilina dwar il-kontenut tal-ittri. “Kien fihom kliem li jien interpretajt bħala theddid,” fejn qara siltiet minnhom fil-qorti.

Waħda mill-ittri kienet tgħidlu aħjar tuża i l-ħin ta’ Aquilina biex “tagħmel tifla oħra.” Aquilina qal li dan wera li l-akkużat kien jaf li għandu t-tfal u kollha kienu bniet. L-ittri indikaw ukoll li l-akku#at kien jaf ukoll li Aquilna kellu gwardjani tas-sigurtà madwar id-dar tiegħu.

“Neħħejt il-messaġġ li Borg kien qiegħed isegwini, apparti li kien jaf dwar il-familja tiegħi.” L-ittri kienu jirreferu wkoll għal missier Aquilina bħala “mhux leali” li x-xhud qal kien qabbel ma’ deskrizzjoni preċedenti tal-attiviżmu ambjentali ta’ missieru, li dan juri l-firxa tar-riċerka li saret mill-akkużat.

L-ittri kienu għamlu referenza wkoll għall-bomba li qatlet lil Daphne Caruana Galizia, għalkemm ma baqgħux jheddu direttament lil Aquilina, huwa tenna fi tweġiba għal mistoqsija li saret mill-Qorti. L-impressjoni kienet li kienet theddida, li jekk ikompli jagħmel dak li qed jagħmel, kien se jiffaċċja konsegwenzi, qal Aquilina.

Il-President ta’ Repubblika kien kiteb lill-Kummissarju tal-Pulizija u nfurmah bl-ittri. Il-Kummissarju kien bagħat uffiċjal għoli fid-dar ta’ Aquilina biex jinvestiga l-każ u jeżamina l-ittri flimkien ma’ esperti forensiċi. Ix-xhud irrakkonta kif kellu wkoll jitlob lill-iskejjel ta’ wliedu jsaħħu l-miżuri ta’ sigurtà tagħhom, b’konsegwenza tal-ittri mimlijin velenu.

Waħda mill-ittri għamlet referenza għal Jason Azzopardi u Simon Busuttil, spjega Aquilina lill-maġistrat Astrid May Grima. “Kien qed jirrepeti narrattiva proġettata mill-midja Laburista li fiha sħabi u ġejna ttimbrati bħala tradituri, li rridu nagħmlu ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta. Dawn l-ittri kienu fotokopja ta’ dan ir-rakkont.”

Il-kitba kienet distintiva, qal Aquilina. “Tant kienet distintiva li nies oħra li kienu rċevew ittri simili kienu avviċinawni biex jgħiduli li għarfuha. “Meta politikanta mara kienet poġġiet ritratt ta’ ittra anonima li hija kienet irċeviet, fuq Facebook, għaraft ukoll il-kitba bl-idejn.”

L-avukat difensur ta’ Borg, Henry Antoncic, staqsa kif Aquilina kien għamel konnessjoni tal-ittri mal-akkużat. “Kienet il-pulizija li għamlet din il-konnessjoni, wara investigazzjoni,” wieġeb Fi tweġiba għal mistoqsija oħra tal-avukat, Aquilina qal li ma kienx irċieva aktar ittri mingħand din il-persuna, iżda żied li kien irċieva ittri oħra bl-istess mod.

L-ittri kienu ħallew impatt fuq il-ħajja tal-familja tiegħu, huwa qal, u żied li kien avviċinat minn organizzazzjoni internazzjonali li offriet li tiffinanzja arranġamenti biex is-sigurtà personali tiegħu tkun msaħħa. L-avukat staqsa jekk twettqitx xi waħda mit-theddid. “Fiżikament le,” wieġeb Aquilina. L-Ispetturi tal-Pulizija Kevin Pulis u Kurt Farrugia qed imexxu l-prosekuzzjoni. L-avukat Henry Antoncic qed jidher għa Borg . Il-każ ġie differit għal Mejju.