F’post fuq il-media soċjali, il-Protezzjoni Ċivili qalet li waqt l-operazzjoni tal-bieraħ intużaw 430,000 litru ilma bl-assistenza ta’ 50 persuna tat-tifi tan-nar sabiex jintfew in-nirien li ħakmu fabbrika f’Santa Venera. Operazzjoni li bdiet ilbieraħ għall-ħabta tal-16.30 u damet għaddejja sas-sigħat bikrin ta’ filgħodu.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili rringrazzjat lill-Korp tal-Pulizija kif ukoll lid-Dipartiment tal-Emerġenza, lis-St John’s Rescue u lil Transport Malta għall-għajnuna tagħhom fl-operazzjoni tal-bieraħ.