Il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Ryan Schebmri, li nhar il-Ġimgħa ġie estradit lejn Malta mill-Iskozja fejn qed jiffaċċja akkużi ta’ ħasil ta’ flus u frodi ġiet differita, wara li l-akkużat ita’ 43 sena mill-Mellieħa rriżulta pożittiv għal Covid 19 fil-ħabs.
Il-każ se jkompli f’Mejju, wara li jintemm il-perjodu ta’ kwarantina ta’ Schembri. F’seduta qasira Schembri segwa mill-Ħabs ta’ Kordin permezz ta’ video-link il-proċess fejn l-avukat tal-prosekuzzjoni Francesco Refalo esebixxa ordni maħruġa mill-Avukat Ġenerali taħt l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment.
Uffiċjal tal-ħabs esebixxa ċertifikat mediku relatat mal-akkużat, u informa lill-qorti li l-kwarantina ta’ Schembri tispiċċa fit-2 ta’ Mejju, sakemm joħroġ swab negattiv tal-PCR. Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech iddifferiet il-każ għall-11 ta’ Mejju.
Schembri, kuġin tal-eks chief of staff f’Kastilja – Keith Schembri, kien ħarab mill-pajjiż fl-2014 b’€40 miljun f’djun irrappurtati li tħallew warajhom wara li falliet il-katina tal-kumpanija More Supermarkets. Huwa maħsub li huwa ssellef somom kbar ta’ flus mingħand intraprendituri, qabel ma skopra li ma setax iħallas lura s-self, oriġinarjament maħsub għal operazzjoni ambizzjuża ta’ importazzjoni-esportazzjoni.
Bħala Direttur tal-katina ta’ supermarkets More, Schembri jista’ jkun marbut mad-dejn tas-supermarket li wassal għall-qtil tal-avukat Carmel Chircop. Chircop, li kien wieħed mill-‘investituri’ fil-falliment misterjuż ta’ More Supermarkets. L-avukat kien sellef €750,000 lil More Supermarkets f’Marzu tal-2014.
Schembri kien inizjalment ħarab lejn Dubai iżda spiċċa arrestat fl-Iskozja l-ġimgħa li għaddiet. Kien intalab ħruġ ta’ mandat ta’ arrest Ewropew mill-Pulizija Maltija u Schembri kien inqabad meta l-awtoritajiet tar-Renju Unit kienu infurmaw lill-kontropartijiet tagħhom Maltin li Schembri kien ġie mmultat fuq overspeeding hemmhekk u ġie identifikat. Investigazzjoni mill-pulizija Maltija li sabet provi li juru li Schembri kien qed joqgħod fir-Renju Unit u kellu kontijiet bankarji hemmhekk.
Problema ta’ COVID-19 fil-ħabs
Elliot Paul Busuttil li qed wieġeb mhux ħati għall-qtil ta’ Mario Farrugia li nstab f’bagoll ta’ karozza f’Ħal Qormi aktar kmieni dan ix-xahar kellu jibda għaddej kumpilazzjoni nhar il-Ħamis li għadda iżda din ġiet ukoll ġiet differita minħabba l l-akkużat ittestja pożittiv għall-COVID-19. Dan jikkonferma li fil-ħabs hemm problema tal-pandemija.
L-imputat ta’ 38 minn Ħat Attard tressaq il-Qorti l-Ġimgħa qed jiġi mixli bl-omiċidju ta’ Mario Farrugia ta’ 62 sena minn Pembroke, il-Pulizija arrestat erba’ persuni li qed jitqiesu bħala s-suspettati ewlenin wara dan l-omiċidju. Il-katavru ta’ Farrugia nstab fi stat qawwi ta dekompozizzjoni nhar it-Tlieta 5 ta’ April, jiem wara li ġie rrapurtat nieqes. Huwa kien qala’ madwar 40 daqqa ta’ sikkina b’dawk fatali jkunu fil-qalb u l-pulmun, b’uħud mid-daqqiet l-oħra kienu aktar f’forma ta’ grif.