Il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-ħaddiem, ikun min ikun, għandu jitpoġġa fiċ-ċentru tal-pjanijiet ekonomiċi ta’ kwalunkwe Gvern.
It-Tlieta filgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech għamel zjara lil bidwi li għandu l-għelieqi fil-limiti tal-Imġarr, bi tħejjija għac-celebrazzjoni ta’ Jum il-Ħaddiem.
Paul Muscat, li ilu jaħdem ir-raba’ sa minn tfulitu, kellu l-opportunità li jispjega lil Bernard Grech il-proċess kollu, mill-bidu sat-tmiem, biex jitkabbru bosta frott u ħaxix, fosthom it-tadam, il-ħjar u l-frawli li bħalissa ninsabu fl-istaġun tagħhom.
Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dak kollu li għandna f’pajjiżna fosthom ir-raba’ u l-ikel tagħna, ħafna minnu ġej bil-ħidma tal-bdiewa u tar-raħħala… li finalment huma wkoll ħaddiema.
Huma tkellmu wkoll dwar id-diversi sfidi li qed jaffaċċja dan is-settur fosthom iż-żieda fil-prezz tal-plastik kif ukoll tal-pestiċide u tal-fertilizzanti, li żgur mhux qed jgħinu sabiex dan is-settur ikun jista’ jkompli jikber.
Preżenti għal din iż-żjara flimkien ma’ Bernard Grech kien hemm il-Kelliem tal-Agrikoltura u s-Sajd Toni Bezzina.
//= $special ?>