Fit-tminn jum tal-ġuri li għaddej bħalissa u li qed jisma’ l-akkużi serji ta’ Johnny Depp fil-konfront tal-eks mara tiegħu Amber Heard, l-attur Amerikan insista li hu kien vittma ta’ vjolenza domestika.
Dan il-każ qajjem furur kbir fost iċ-ċelebritajiet ta’ Hollywood u mhux b’inqas madwar id-dinja kollha. Għaliex qed jingħad li Heard bdiet takkuża lil Depp, sempliċiment biex tieħu fama u tisraqlu l-flus.
Fil-Qorti, wieħed mill-managers ta’ Johnny Depp żvela kif l-eks mara tal-attur kellha problemi kbar ta’ alkoħol. U li hi kienet taġixxi qisha “tifla imfissda”.
Heard u Depp ilhom separati sa mill-2016.
Johnny Depp, li għandu 58 sena, fetaħ din il-kawża kontra l-eks mara tiegħu wara li hi fl-2018 kitbet artiklu fil-Washington Post b’diversi akkużi serji kontrih. Fost l-oħrajn, Heard implikat li hi kienet vittma ta’ abbuż fiżiku u sesswali.
//= $special ?>