Illum tintlagħab l-ewwel semifinal tal-UEFA Champions League fejn fl-Etihad Stadium Man City se jospitaw lil Real Madrid. Kuntrast assolut bejn dawn iż-żewġ timijiet f’termini ta’ storja, b’Real Madrid rebħu din il-kompetizzjoni għal tlettax-il darba, l-aktar tim ta’ suċċess, filwaqt li Man City għadhom qed ifittxu l-ewwel titlu tagħhom fil-UEFA Champions League. Iż-żewġ timijiet kellhom prestazzjonijiet mill-aqwa fil-kwarti finali fejn eliminaw lil Ateltico Madrid u Chelsea. Minkejja li Real Madrid jibdew bħala l-favoriti minħabba s-suċċess tagħhom f’din il-kompetizzjoni, Pep Guardiola u Man City żgur li għandhom l-players li jistgħu jieħdu lit-tim għat-tieni finali konsekuttiva.
Intant għada f’Anfield Liverpool jospitaw lit-tim sorpriża Villarreal għat-tieni semifinali. Liverpool se jkunu qed iħarsu li jirbħu din il-partita u jkomplu fi triqthom għar-rebħ tal-erba titli dan l-istaġun. Min-naħa l-oħra t-tim imexxi minn uNai Emery wera matul dan l-istaġun li fil-ġurnata jistgħu jegħlbu lill-aqwa timijiet fl-Ewropa, bi players bħal Gerard Moreno, Arnaut Danjuma u Samuel Chukwueze ikunu protgaonisti fil-partita mill-kwarti finali kontra Bayern Munich.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Illum: Man City v Real Madrid 9.00pm, Għada: Liverpool v Villarreal
//= $special ?>