Futbol Sport

Manchester City b’rebħa f’partita spettakolari

(Ritratt: EPA)

F’partita mill-isbaħ fl-Etihad Stadium, Manchester City kisbu rebħa ta’ 4-3 fl-ewwel leg tas-semifinali mill-UEFA Champions League. It-tim imexxi minn Pep Guardiola ma setax kellu bidu aħjar hekk kif mar fil-vantaġġ wara biss żewġ minuti meta minn pass mill-isbaħ ta’ Riyad Mahrez, kien Kevin De Bruyne li kkonkluda għal wara Courtois. Manchester City irduppjaw fil-11-il minuta meta din id-darba fuq pass ta’ De Bruyne kien il-Brażiljan Gabriel Jesus li għamilhom 2-0. B’Real Madrid maħsuda għal kollox, kien fit-33 minuta li naqqsu l-iskor meta kien l-attakkant tal-mument, Karim Benzema li għamilhom 2-1.

Fit-tieni taqsima, Manchester City ħarġu fuq l-offensiva u għamluhom 3-1 fit-53 minuta b’gowl minn Phil Foden, biex żewġ minuti wara Real Madrid reġgħu daħlu fil-partita permezz ta’ Vinicius Junior. It-tim Ingliż għal darb’oħra fetaħ vantapp doppju bi ġmiel ta’ gowl ta’ Bernardo Silva. Fid-79 minuta, Real Madrid jingħataw penalty meta minn freekick minn barra l-kaxxa, Juan Laporte deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru, Karim Benzema ma żbaljax għal 4-3, riżultat li bih intemmet il-partita.