Raġel minn Raħal Ġdid ammetta akkużi relatati ma’ vjolenza domestika u sewqan perikoluż wara inċident domestiku f’Marsascala nhar il-Ħadd. Ir-raġel ta’ 44 sena tressaq il-qorti quddiem il-maġistrat Yana Micallef Stafrace it-Tlieta filgħodu mill-Ispettur Sherona Buhagiar.
Huwa ġie mixli li kkaġuna lis-sieħba tiegħu, li hija wkoll omm bintu, biża’ li se tintuża l-vjolenza fuq il-familja tagħha, kif ukoll li attakka lill-mara, weġġagħha ħafif u insulentaha. Huwa kien akkużat ukoll li insulta jew hedded uffiċjal tal-pulizija u li saq il-Volkswagen Jetta tiegħu b’mod negliġenti u perikoluż u li kiser il-paċi pubblika.
Huwa ammetta mill-ewwel bil-Qorti tikkundanna lir-raġel għal sentejn ħabs, sospiżi għal erbgħa snin, flimkien ma’ multa ta’ €800 li trid tiġi riżolta fi żmien tliet snin. Il-Maġistrat Micallef Stafrace imponiet ukoll ordni ta’ protezzjoni ta’ tliet snin favur il-vittma, kif ukoll ordni ta’ trattament ta’ għal tliet snin ukoll. Il-Qorti imponiet projbizzjoni fuq il-pubblikazzjoni tal-ismijiet tal-partijiet, sabiex tipproteġi t-tifla tal-koppja, li hija minorenni.
//= $special ?>