Lokali

The Concept Stadium toħroġ b’set ta’ għanijiet u valuri aktar b’saħħithom bl-iskop li tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha fis-suq lokali

Ritratt tal-uffiċċju u t-tim ta’ The Concept Stadium għaddej b’xogħolu

The Concept Stadium, il-Creative Marketing Agency, nediet verżjoni ġdid tal-iskop tan-negozju tagħha dejjem bil-għan li tkompli tistabbilixxi lilha nnifisha bħala parteċipant ewlieni fis-suq. Dan sar permezz ta’ lista aktar b’saħħitha ta’ valuri kemm biex jibbenefika t-tim tagħha, kif ukoll il-klijenti.

Il-kumpanija ddefiniet mill-ġdid il-missjoni tagħha fejn emfasizzat l-importanza li ssaħħaħ is-servizzi prinċipali tagħha: Branding, Web, Digital u Marketing Communications, bil-għan li tiffoka fuq proġetti fejn tibrilla u teċċella l-aktar. Permezz tal-missjoni l-ġdida tagħha, il-kumpanija qed twiegħed li t-tim ta’ Commercial Creatives li jaħdmu fi ħdanha jifhmu l-importanza li ditta tistabbilixxi ruħha bħala parteċipant ewlieni fis-suq tal-marketing kemm fejn jidħol l-estetiku kif ukoll fejn jidħol ir-ritorn fuq l-investiment, dan filwaqt li tpoġġi lit-tim tagħha l-ewwel.

The Concept Stadium minn dejjem fhemet fil-bżonn li tinvesti fit-tim tagħha speċjalment dawk li għandhom l-attributi ġusti biex jiffurmaw parti minn tim multidixxiplinarju ta’ individwi li jagħmel użu mill-ħiliet tiegħu biex joħroġ bl-aqwa prodott. L-aġenzija toffri servizzi personalizzati filwaqt li tinsisti li kapaċi tlaħħaq mat-tibdiliet frekwenti fl-industrija tal-marketing. Temmen fis-sempliċità fil-kommunikazzjoni filwaqt li tħaddan ideat ġodda u li huma differenti min-normal, dejjem bil-għan li l-klijenti jħarsu lejha bħala kumpanija ta’ min tafda.

“Matul is-snin, rajna lill-aġenzija tagħna tikber kemm fin-numru ta’ klijenti, kif ukoll fejn jidħlu membri tat-tim. Minħabba li l-industrija li noperaw fiha hija waħda li dejjem tevolvi, ħassejna l-bżonn li naġġornaw il-valuri tagħna sabiex nassiguraw li dawn jikkorrespondu kemm mal-bżonnijiet taż-żminijiet kurrenti kif ukoll mal-ħiliet li fihom nibrillaw l-aktar,” qalet Lorraine Borg, il- Head of Brand ta’ The Concept Stadium. “Permezz tal-mod kif noperaw, bħala tim ta’ Commercial Creatives, qed nimmiraw li nkunu preparati għal ideat ġodda, ninkoraġġixxu lil dawk il-persuni li huma proattivi u jisfidaw l-istatus quo u li jħarsu dejjem lejn l-għan finali mmexxi mill-premessa ta’ marketing aġili.”

The Concept Stadium tistinka biex tkabbar u ssostni l-kultura tal-kumpanija tagħha. Fil-fatt, meta kien qed jippreżenta dan kollu lit-tim, Jonathan Dalli, il-Kap Eżekuttiv ta’ The Concept Stadium tkellem fid-dettall dwar l-employer value proposition. Filwaqt li spjega kif The Concept Stadium tagħti aktar valur lil persuni li għandhom l-entużjażmu u l-ideat, minflok esperjenza estensiva, Dalli qal ukoll li ġenwinament japprezza persuni li lesti li jgħaddu anke l-opinjonijiet u l-ideat tagħhom, filwaqt li jkunu wkoll lesti li jirċievu kritika kostruttiva li tgħinhom jikbru u jitgħallmu minnha. “Iva, l-esperjenza hija xi ħaġa pożittiva, iżda mhux kollox. Aħna nħossu li huwa iktar importanti li fit-tim tagħna jkollna persuni ġenwini u ta’ qalb tajba, u nesploraw x’inhuma l-affarijiet li jimmotivawhom. L-għan aħħari huwa li noħolqu ambjent ta’ familja fi ħdan l-uffiċċju tagħna,” spjega Dalli.

Hu spjega kif it-tim huwa magħmul minn individwi dinamiċi li jaħdmu b’entużjażmu u dejjem lesti għal avventuri ġodda; persuni li huma ambizzjużi u li japprezzaw ambjent li joffri opportunitajiet biex wieħed jikber fil-karriera tiegħu jew tagħha; persuni li jħaddnu d-diversità u jiċċelebraw ir-rebħiet u t-telf flimkien bħala tim. Hu semma wkoll l-importanza li t-tim jibbenefika minn work-life balance li tassigura li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tagħhom u l-ħolmiet personali tagħhom ukoll.