Lokali

Tibda għaddejja ġuri fuq serqa għad-droga fuq żewġ anzjani b’waħda minnhom tispiċċa titlef ħajjitha

Pjan biex issir serqa għad-droga minn tliet persuni, żewġt irġiel u żagħżugħa wassal biex anzjana li ma rieditx titlaq l-baskett minn idejha wara li wieħed mill-ħallelin ried jeħodulha f’Tas-Sliema, wassal biex il-vittma ta’ 80 sena spiċċat waqgħet minn tulha, wiċċha ‘l fuq bid-demm ħiereġ mill-iskutella ta’ rasha u kawża tal-ġrieħi li ġarrbet spiċċat tilfet ħajjitha fl-isptar Mater Dei.

Il-ħalliel irnexxielu jieħu l-ħand bag iżda tant kemm l-anzjana rreżisitiet, il-katina tal-baksett baqgġet imwaħħla ma’ jdejha. Iż-żagħżugħa, li llum hija mara ta’ 32 sena, residenti l-Qawra bdiet għaddejja ġuri mingħajr ġurati quddiem l-Imħallef Aaron Bugeja. Bernice Camilleri qed tiġi mixlija b’kompliċità f’dan il-każ li seħħ f’jum il-kunċizzjoni tas-sena 2010.

Hija qed tiġi mixlija b’sitt akkużi, fosthom b’kompliċità fi pjan wassal biex titlef ħajjitha Rosina Garrone, kompliċità ta’ ‘snatch and grab’ u serq wara nżul ix-xemx fuq anzjana, u aktar tard fuq anzjana oħra fl-istesss lokalità. L-irġiel kienu ammettew l-akkużi flok għaddew ġuri bl-akkużi prinċipali fil-konfront tagħhom tkun ta’ ta’ ko-awturi.

Charles Brincat li kien hu li aggredixxa lil anzjana kien ġie kundannat 13-il sena ħabs filwaqt Richard Attard, li bħal Bernice Camilleri kien baqa’ fil-karozza fiż-żewġ serqiet kien ġie kundannat 12-il sena ħabs. Huma kienu ammettew prattikkament l–istess akkużi li qed tiffaċċa l-akkużata, dik ta’ żewġ inċidenti vjolenti ta’ ‘snatch and grab’ f’Tas-Sliema fuq żewġ anzjani li wassal għal-mewt. ta’ waħda mill-vittmi.

Fl-ewwel jum tal-ġuri xehedu diversi persuni fosthom l-uffiċjali li nvestigaw il-każ. Il-każ fuq iż-żewġ nisa anzjani kien seħħ madwar sagħtejn bogħod minn xulxin fit-8 ta’ Diċembru f’Dingli Circus tas-Sliema, L-anzjana ta’ 80 sena kienet ġiet aggredita minn Charles Brincat fil-ħin li fil-karozza kien hemm Bernice Camilleri  u Richard Attard li llum għandu 42 sena.

L-ewwel xhud fil-ġuri kienet l-Ispettur Anna Maria Micallef li spjegat x’ġara lil Rose Garroni  waqt li kienet għaddejja minn Dingli Circus, quddiem Nelson Apartments għall-ħabta tas-7.15pm. Qalet li peress li l-anzjana rreżistiet l-attakk, l-aggressur xeħetha fl-art b’mod vjolenti u spiċċat waqgħet għal dahra l-isfel mal-bankina. Hekk kif il-vittma kienet mitlufa minn sensiha, l-aggressur ħa l-basket tagħha u ġera lejn karozza Fiat Uno skura.  

Iktar tard Garrone kienet instabet minn raġel f’għadira demm f f’qagħda  kritika. Hija mietet aktar tard l-isptar minn ġrieħi gravi f’rasha. Hija spiċċat ukoll bi ksur f’ġembjeha u r-riġel tagħha. Ix-xhud qalet li wara l-aggressjoni, it-tliet persunu kienu saqu lejn Bormla fejn irnexxielhom jixtru l-kokaina dan bl-20 ewro li kienu fil-baskett ta’ Garroni,

Wara huma abbuaw mid-droga x’aktarx f’appartament fil-Gżira u wara li Charles Brincat kien xorob flixkun imbid li kien waqaf jixtri minn Ħ’Attard.  Ftit wara, taħt l-influwenza tad-droga, huma saqu lura Tas-Sliema biex iwettqu l-parti li jmiss tal-pjan tagħhom.

Dakinhar stess għall-ħabta tat-8.15pm, destin simili kien jistenna residenti anzjana oħra. Maria Cassar ta’ 88 sena kienet se taqsam Triq Manwel Dimech meta raġel ħadilha l-handbag u ħarab lejn karozza li kienet qed tistennihom. It-tieni vittma tat-tieni aggressjoni spiċċat fi stat ta’ xokk u bi spallejha mweġġgħa.

L-Ispettur Micallef qalet li l-ftehim biex jisirqu baskett lil xi ħadd kien pjan taż-żewġt irġiel u l-akkużata.  Kienu t-tlieta fil-karozza u bdew jilmentaw għax kienu broke u ma kellhomx flus. Ftehmu li jisirqu xi baskett u bdew iduru fit-torq. F’ħin minnhom waslu fl-inħawi ta’ Dingli Streert raw lill-vittma. Attard niżel mill-karozza, b’Richard u Bernice jibqgħufil-karozza.

L-Ispettur qalet li kien Richard Attard kien li rranġa biex tinxtara d-droga, iżda hu ma riedx jgħid lill-Pulizija minn fejn kien xtraha. Dwar it-tieni serqa fil-baskett din id-darba sabu 25 ewro u regħhu marru jixtru d-droga, bl-irġiel jittaqqbu u l-akkużata tissniffja l-kokaina.

Fl-ewwel serqa l-anzjana kienet dieħla fil-bieb tad-dar tagħha u Attard ħatfilha l-baskett u bdiet twerżaq. Hija irreżistu u mbuttaha biex jieħdilha l-baskett. Ix-xhud qalet li ma tiftakarx eżatt jekk ħabtitx rasha ma’ l-art mill-ewwel jew inkella rasha ħabtita mal-koxxa tal-bieb.

Charles Brincat kien li kixef kollox

Ix-xhud qalet li kien Charles Brincat li ħass il-kuxjenza tniggżu. Kien hu li għamel kuntatt mal-Pulizija li kienu marru jkellmuh l-isptar Monte Carmeli fejn kien jinsan hemm minħabba li kien alcoholic. Kien mar ikellmu l-Ispettur Chris Pullcicino li spiċċa ħadu fil-postijiet fejn kien twettqu r-reati, anke jekk ċertu posrtijiet ma għarafhomx, fosthom għax kien taħt l-effett tal-imbid u l-kokaina.

Huwa kien iddispjaċih għal dak li għamel u qal lill-Pulizija li l-jntenzjoni tiegħu qatt ma kienet li l-istorja tispiċċa kif spiċċat u li ried biss li jisraq lill-anzjani u mhux jagħmlilhom il-ħsara, fejn waħda minnhom spiċċat ukoll tilfet ħajjitha. L-Ispettur Micallef qalet ukoll Richard Attard u Bernice Camilleri kienu f’;relazzjoni u jgħixu appartament fejn l-istadium tal-Gżira.

Kien fit-8 Diċembru 2010 li huma marru Monte Carmeli biex jiġbru lil Charlie Muscat u jieħduh dawra permezz ta’ karozza FIAT Uno, Kif ħarġu minn Monte Carneli xtraw flixkun inbid li kien xorbu Attard waħdu. Bdew iparlaw kemm kienu broke u Charles Brincat issuġerrixa li jmorru jisriqu. Attard qallu li jwasslu fejn irid imma ma kienx se jinżel mill-karozza.

Xżħin kienu tas-Sliema Charlie innota l-anzjana, fejn il-baħar, ma kienx jaf fejn hi t-triq, u Attard qallu li se jistennih kantuniera l-bogħod, ftit wara sema’ l-għajjat u raha lil Brincat jiġri. Kienet saret is-serqa u minbarra ftit flus u kien hemm xi ċwievet. Wara l-pjan kien li jmorru l-appartament tal-anzjana u jisriquha.

L-Ispettur qalet li kienu rmew iċ-ċwievet fi skip il-Marsa fejn hemm il-klandestini. Wara marru jixtru droga minn Bormla u fl-apprtamet tal-Gżira u kkonsmaw d-droga. Iddeċidew minn hemm li jisriqu basket ieħor. Richard qal li ma kienx hemm flus fil-baskett fit-tieniu serqa u kien hemm mobile Nokia, Charlie qal li dan kien biegħu 20 ewro u xtraw id-droga kokaina u li abbużaw minnha t-tlieta lu huma.

“Kienu ħaduha bil-labra u Berncie sniffjata u wara wasslu lura lil Charlie Monte Carmeli”, qalet l-Ispettur. It-tieni serqa saret fi Triq Manwel Dimech, fejn illum hemm id-dar tal-anzjani Casa Maria. Tenniet li z-ziju tat-tieni anzjana vittma ta’ 88 sena kienet għadha taħt xokk kbir, dan jiem wara li ġiet aggredita. Kienet akkumpanjata minn xi persuni oħra iżda ħadd kien kapaċi jgħati dettajli tal-aggressur. Kull ma qalu hu li min kien aġixa b’ħeffa kbira.

Ittra anonima

Wara xehed l-eks Spettur Chris Pullicino li kkonferma dak kollu li qalet ukoll l-Ispettur Micallef li l-Kummissarju tal-Pulizija ta’ dak iż-żmien John Rizzo li kien irċieva ittra anonima bl-id card tal-vittma. L-itra kienet tgħid li fit- 8 ta’ Diċembu għall-ħabta tal-9.40 pm fi Mdina Road raha karozza FIAT Uno tinstaq u minnha din intremiet din l-ID Card. Ingħad ukoll lill-Kummissaru tal-Pulizija li l-karozza kienet qed tinstaq lejn il-Belt.

Pullicino qal li hu kien stazzjonat fid-Dipartiment Kriminali dwar omiċidji u dak inhar tal-inċident kienu nfurmat li l-isptar kien hemm anzjana fil-periklu tal-mewt fuq foul play u li din ma kinitx mewta naturali. Tenna li kien Charles Brincat li ried jitkellem fuq il-każ u mar Monte Carmeli għalih u wara li ħa permess mingħand il-psikjtara tiegħu, ħadu d-depot biex jinterrogah.

Qal li dan ried jikkopera mill-ewwel u beda jagħti d-dettalji dwar il-każ. Qal li kien hu li wassalhom għat-tnejn l-oħra. Qal li mill-istqarrijiet l-akkużati kienu prattikament qablu f’kollox dwar dak li kien ġara, Tenna li l-arrest tal-imputati kien sar mill-Ispettur Danielle Zammit.

Xehdet ukoll tabiba fl-emmerġenza, Angela Portelli li stqarret li l-vittma kienet iddaħħlet fl-emerġenza fl-isptar Mater Dei u din kellha tbenġila madwar il-moħħ fuq il-lemin li kienet kbira ftit anqas minn żewġ ċentimetri. Minħabba d-demm fil-moħħ, kien hemm pressjoni fuq ir-ras li ma felaħx għal din il-pressjoni kollha.

Kien hemm ukoll tbenġil fuq il-moħħ inniffsu fuq ix-xellug u fuq in-naħa ta’ wara, u ksur ta’ għadma tan-naħa tar-ras imsejħa pyramid fejn din kienet kaġun tad-daqqa li wasslet għa ksur f’għadma, Kien hemm ukoll l-ilma u l-arja, u tgħaqqid ta’ demm.

Xehed ukoll Mario Testa, ħabib tal-anzjana li tilfet ħajjitha. Qal li hu u l-mara kienu ħbieb tagħha u fil-jum al-inċident kienu stidnuha id-dar għal ikel biex ma tkunx waħidha u marret tiekol għandhom.Hija kienet telqet għall-ħabta tas-2.15 pm telqet wara li kielet u marret id-dar, għax qaltilhom li ridet tistrieħ.

Tenna li kienet marret għandhom bil-mixi. Hi kienet toqgħod xi tliet kantunieri l-bogħod minnu. Kellha wkoll mobile imma kommunikazzjoni magħha kien ikun bil-landline. Wara fil-Qorti nqrat ix-xhieda Mark Vassallo li ngħatat fil-kumpilazzjoni, li kien jaħdem f’lukanda tas-Sliema bħala Manager fil-viċinanzi tal-inċident.

Qal li dak inhar kien barra jpejjep sigarett u taha karozza ġejja bil-bieba miftuħa. Kienet Fiat skura u kienet ġejja minn naħa l-oħra u x-xufier, kellu xi ħaġa f’idu daħal jiġri u saq. Ma setax jara sew karozza għax kien hemm ħafna pparkjati fuq in-naħa tiegħu.

Qal li baqa’ josserva kif jista’ għax din il-karozza fakkritu f’karozza li kellu li kienet ukoll għax FIAT. Għax din ukoll raha bil-bieba miftuħa li kienet sejra mid-direzzjoni ta’ Creche Street u daret minn Ċuze Howard Street. Fil-karozza kien hemm żewġ persuni u x-xufier imma ma setax jarahom sew u li xi ħadd kienfuq is-seat ta’ wara. Kien qal li mhux kapaċi jagħraf lil persuni.

Xehed ukoll James Buhagiar .li qal li hu kien ħareġ minn appartament u minn Howard Street lejn Creche Street u ftit wara raha mara anzjana li ma kinitx f’sensiha kellha katina kulur id-deheb u kellha d-demm minn rasha u mitlufa minn sensina, Kien mimduda għal fuq dahra, rasha ċatta ma’ l-art iżżom il-katina b’id minnhom. Ma kellux mobile fuqu kien hemm xarabank u mar ikellem lix-xufiet u ċempel minn hemm. Tenna li dalam sew għax kienu qabżu s-7.00pm.

Għal Berniece Camilleri qegħdin jidhru l-Avukati Arthur Azzopardi u Rebecca Merceieca. L-Avukati Anthony Vella u Karl Muscat qegħdin imexxu l-prosekuzzjoni f’isem l-Avukat Ġenerali.