Coronavirus Lokali Saħħa

Tmut persuna oħra bil-Covid-19, 259 każ ġdid

Fl-aħħar 24 siegħa, persuna mietet kaġun tal-Covid-19, biex b’hekk in-numru ta’ vittmi żdied għal 693.

Bejn it-Tnejn u t-Tlieta nstabu 259 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 372 persuna oħra, biex hekk in-numru ta’ każijiet attivi naqas għal 4,420.

Numri eżatt ta’ kemm hemm persuni li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei waqt li huma pożittivi għall-Covid-19 jibqgħu mhux magħrufin, hekk kif il-Gvern mhux jippubblika ċ-ċifri uffiċjali.

Kien biss il-ġimgħa li għaddiet li kellna indikazzjoni ta’ kemm hemm persuni fl-isptar jirċievu l-kura għall-Covid-19 fejn intqal li 88 persuna kienu jinsabu l-isptar filwaqt li żewġ persuni jinsabu fit-taqsima tal-kura intensiva.