Il-Ministru Russu għall-Affarijiet Barranin, Sergei Lavrov, wissa lill-Alleanza tan-NATO biex ma tissupplixxix lill-Ukrajna bl-armamanti għal reżistenza effettiva kontra r-Russja. Dan fost twissija ‘dwar il-possibbiltà li l-konflitt attwali fl-Ukrajna jeskala għal livell ta’ Tielet Gwerra Dinjija.
Sadanittant, l-Ukrajna qed tgħid li r-Russja mgħandhiex tasalx għal sitwazzjoni daqstant gravi — fost l-insistenza li Lavrov ‘qed jipprova jbeżża lill-Punent u lid-dinja biex ma jkomplux jappoġġjaw lill-Ukreni f’din il-gwerra li hi kollha tort ta’ Moska’.
L-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet Russi issa daħlet fit-63 jum, bis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Antonio Guterres, jinforma lill-Ministru Lavrov li ‘irid isir minn kollox possibbli biex tintemm il-gwerra fl-artijiet Ukreni’.
Guterres – li għaddej bi żjara f’Moska — anki sejjaħ għal waqfien mill-ġlied fl-Ukrajna qabel sessjoni ta’ taħditiet mistennija bejnu u l-President tar-Russja Vladimir Putin.
//= $special ?>

