
It-Tlieta filgħaxija, selezzjoni ta’ murtali kkuluriti sebħu s-semá fiz-zona ta’ Zonqor point f’Wied il-Għajn.
Din is-serata li bla dubju tat wirja sabiha ta’ murtali kkuluriti lil kull min attenda, kienet parti mill-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar, li ser isir nhar il-Ġimgħa, 29 ta’ April, fil-lokalitá tal-Imqabba.
Dan il-Festival jilhaq il-qofol tiegħu fil-Port il-Kbir u anki fil-Furjana nhar is-Sibt, 30 t’April.




