Ninsabu ftit ġimgħat ‘il bogħod mill-Kampjonati tal-Atletika tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li se jsiru f’pajjiżna f’Ġunju li ġej.
Aktar minn 300 atelta minn 17-il pajjiż Ewropew se jkunu f’Maltu biex jieħdu sehem fir-raba’ edizzjoni ta’ dan l-avveniment fil-11 ta’ Ġunju fil-Matthew Micallef St.John Stadium fil-Marsa.
Athetlics Malta ilha għall-aħħar snin taħdem biex tilħaq l-istandards tal-European Athletics fl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti daqshekk prestiġjuż.
Il-President ta’ Athletics Malta Andy Grech spjega kif dan l-avveniment huwa tragward importanti għall-assoċjazzjoni, fejn apparti li żguraw li jintlaħaq livell għoli organizattiv u loġistiku, Atheltics Malta assigurat li l-atleti tagħha jkunu preparati u mħarrġin fl-ogħla livell possibli.
Dan sar billi l-atleti kienu esposti għall-kampijiet ta’ taħriġ u kompetizzjonijiet barra il-pajjiż, bis-support ta’ SportMalta u il-Kumitat Olimpiku Malti.
Grech żvela li Athletics Malta tinsab f’diskussjonijiet mal-Athletics Association of Small States of Europe u European Athletics biex jinħoloq Kampjonat tas-CSSE għar-Road Racing, li eventwalment jista’ jsir f’Malta wkoll.
//= $special ?>