Waqt li l-każ ta’ Johnny Depp u Amber Heard daħal fid-disa’ jum tiegħu… il-Qorti semgħet recordings illi jikxfu kif l-eks mara tal-attur Amerikan kienet titratta lil Depp. Fejn fost l-oħrajn kienet tgħidlu li “se jmut waħdu”.
Dan il-każ qajjem furur kbir fost iċ-ċelebritajiet ta’ Hollywood u mhux b’inqas madwar id-dinja kollha. Għaliex qed jingħad li Heard bdiet takkuża lil Depp, sempliċiment biex tieħu fama u tisraqlu l-flus.
Fil-Qorti, wieħed mill-managers ta’ Johnny Depp żvela kif l-eks mara tal-attur kellha problemi kbar ta’ alkoħol. U li hi kienet taġixxi qisha “tifla imfissda”, filwaqt li kellha “personalità doppja”.
Heard u Depp ilhom separati sa mill-2016.