Lokali

Il-Kunsill Reġjonali Għawdex jikkundanna bla riservi l-attakk fuq is-Sindku tal-Qala

Il-President Dr Samuel Azzopardi flimkien mal-Membri tal-Kunsill Reġjonali Għawdex – Reġjun Għawdex jikkundannaw bla riservi l-inċident li esperjenza r-Rispettabbli Sindku tal-Kunsill Lokali Il-Qala, is-Sur Paul Buttiġieġ proprju aktar kmieni llum.

Il-Kunsill Reġjonali Għawdex, jikkundanna kwalunkwè tip ta’ vjolenza filwaqt li jisħaq għal aktar djalogu bejn is-Sindki u l-Iżviluppaturi ta’ rieda tajba kemm-il darba hemm xewqa li Għawdex jiġi salvat minn żvilupp eċċesiv li qed iwassal għad-degradazzjoni ambjentali u li għax għandhom għal qalbhom il-ġid ta’ Għawdex,  jemmnu li Għawdex jistħoqqlu aħjar u li għaldaqstant huma konvinti li s-soluzzjoni favorevoli għal kulħadd hija biss Żvilupp Sostenibbli li minnu jgawdi kulħadd.