Fl-okkażjoni tal-40 anniversarju mill-ewwel edizzjoni tat-tellieqa bil-windsurf bejn Malta u Pozzallo l-istess emozzjoni se tkun fil-5 ta’ Mejju meta ħames windsurfers il-veteran Paul Ellul li ta’ 59 sena jgħamel parti mill-istorja ta’ dan l-avveniment u l-windsurfers żgħażagħ Karl Miggiani, Tom Zammit Tabona, Shaun Miggiani u Kamil Mamowiecki se jgħamlu l-istess traġitt bejn Malta u Pozzallo.
Dettalji ingħataw mill-organizzatur ewlieni Wilfred Sultana li mhux biss ta rendikont dwar dak li seħħ fl-edizzjonijiet imgħoddija iżda l-mod kif se jitfakkar l-40 anniversarju. Avveniment bil-koperazzjoni tal-Malta Young Sailors Club bl-appoġġ ta’ bosta yachts li se jsegwu u jkunu ta’ appoġġ matul ir-rotta. Waqt il-preżentazzjoni uffiċjali flimkien ma’ Wilfred Sultana għal Wishbone Windsurfing Promotions , Christopher Bajada, Commodore tal-Malta Young Sailors Club,Jeffrey Poulton safety and navigation officer, Kevin Chircop – Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija Enemed , il-Ministru għall-Edukazzjoni u Sport Clifton Grima kif wkoll Dott.
Roberto Ammatuna, Sindku ta’ Pozzallo li kellu kliem ta’ tifħir għal din l-inizjattiva li hija tkomplija ta dak li ħoloq Wilfred Sultana 40 sena ilu iżda fl-istess waqt tiġdid tar-rabta kulturali – sportiva li teżisti bejn Malta u Sqallija u l-belt ta’ Pozzallo li dejjem tat l-appoġġ għal din l-attivita’.
//= $special ?>