Lokali

L-Arċidjoċesi ta’ Malta tiċħad allegazzjonijiet ta’ talba biex il-Papa jiġi iktar tard

L-Aċidjoċesi ta’ Malta ċaħdet allegazzjonijiet li saru mill-midja li jgħidu li l-Arċisqof ta’ Malta, Charles J. Scicluna talab biex il-Papa Franġisku ma jiġi f’pajjiżna fil-bidu t’April kif fil-fatt ġie.

Fi stqarrija, intqal kif iż-żjara tal-Papa saret bis-sapport sħiħ tal-Arċisqof filwaqt li jinsab sodisfatt li l-Papa għażel propju lil Malta biex jagħmel numru ta’ żjarat fuq perjodu ta’ jumejn, fosthom il-komunità li tospita l-immigranti f’Ħal Far.

Il-Papa Franġisku żar pajjiżna bejn it-2 u t-3 t’April fejn mhux biss żar numru ta’ postijiet f’Malta, fosthom il-grotta ta’ San Pawl fir-Rabat, iżda saħansitra qatta’ nofstanhar qalb l-Għawdxin hekk kif żar is-Santwarju ta’ Pinu għal ġabra ta’ talb.