L-Unjoni Ewropea mhix se tkun mhedda u ma tibżax minn Vladimir Putin.
Kliem il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola fi tweet li kitbet wara li l-Kremlin iddeċieda li jwaqqaf il-provvista tal-gass lejn il-Polonja u l-Bulgarija.
Għaldaqstant, Metsola qalet li dawn il-pajjiżi u oħrajn fil-mira ta’ Putin se jsibu l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea, bil-Parlament Ewropew qed isejjaħ għal embargo mill-pajjiżi Ewropej kollha kontra l-provvisti ta’ enerġija kkontrollati mir-Russja.
Hi temmet bil-messaġġ li wasal iż-żmien li jinqatgħu d-dipendenzi fuq awtokratiċi darba għal dejjem.
//= $special ?>