Ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-sena 2021 juri li l-ekonomija Maltija se tibqa’ f’defiċit … filwaqt li jikkonferma wkoll iż-żieda fl-inflazzjoni, li iktar ma jmur iktar qed tkun ta’ piż għal pajjiżna.
Fil-fatt, fid-dawl tal-irkupru li beda jseħħ ftit ftit wara d-daqqa li ħadet id-dinja kawża tal-pandemija, issa, il-Bank Ċentrali qed ibassar li pajjiżna għandu sfida akbar fid-dawl li l-prezzijiet ta’ prodotti tal-enerġija u anke prodotti bażiċi qed jesperjenzaw żieda qawwija.
L-inflazzjoni tibqa’ problema kbira ghall-haddiema u l-familji. Dan hekk kif fl-ahhar xhur rajna zidiet fil-prezzijiet ta’ prodotti bhall-hobz, il-halib, prodotti ta’ iġene personali, u oħrajn.
Intant….l-istess rapport juri kif fl-ewwel terz tas-sena kien hemm żieda ta’ 2% fl-impjiegi. Dan meta kkumparat mat-3.5% tal-2020.
Filwaqt li l-persuni li kienu jinsabu bla xogħol fl-ewwel terz tal-2021 kienu 3.7% – tnaqqis ta’ 0.6% mis-sena 2020.
Waqt il-preżentazzjoni tar-rapport intqal kif il-gwerra fl-Ukrajna qed tkompli iżżid mal-inkwiet u r-riskji għat-tbassir fiskali; elementi li kapaċi jaffetwaw il-previzjonijiet ekonomici ghall-kumplament tas-sena.
L-aħħar tbassir ekonomiku tal-Bank juri li l-livelli tal-attività ekonomika huma mistennija li jkomplu jirkupraw fl-2022. Madanakollu, minħabba li l-livelli tal-attività ekonomika diġa’ reġgħu lura għal dawk prevalenti qabel il-pandemija, it-tkabbir huwa mistenni li jimmodera għal livelli aktar normali.