Futbol Sport

Rebħa konvinċenti għal Liverpool fuq Villarreal

(Ritratt: EPA)

Fit-tieni semifinali tal-UEFA Champions League Liverpool kisbu rebħa konvinċenti ta’ 2-0 fuq Villarreal biex issa se jkunu qed jieħdu dan il-vantaġġ magħhom għat-tieni leg fi Spanja. Liverpool iddominaw il-partita fejn madanakollu fl-ewwel taqsima sabuha diffiċli biex jippenetraw id-difiża organizzata ta’ Villarreal. Madanakollu, seba’ minuti minn ftuħ tat-tieni taqsima Liverpool marru fil-vantaġġ meta minn cross tal-captain Jordan Henderson kien id-difensur Pervis Esupinan li tefa’ fix-xibka tiegħu stess għal 1-0. Żewġ minuti wara Liverpool irduppjaw meta Mohammed Salah żmarka lil Sadio Mane, li wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper Geronimo Rulli ma żbaljax għal riżultat finali ta’ 2-0.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Ilbieraħ: Man City v Real Madrid 4-3, Illum: Liverpool v Villarreal 2-0