BirdLife Malta temmen li wara ġimgħa mill-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa firrebbiegħa fuq il-Gamiema, il-kwota ta’ 1,500 Gamiema nqabżet. L-ammont ta’ Gamiem li deher qed ipassi u l-intensità tal-attività tal-kaċċa li ġiet osservata
mill-ftuħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa fuq il-Gamiema fis-17 t’April lil hawn huma fost l-indikaturi ta’ dan, apparti mill-preżenza aktar qawwija talkaċċaturi fil-kampanja dan l-istaġun, inkluż f’postijiet pubbliċi li ma setgħux jiġu gawduti mill-pubbliku ġenerali.
Ġiet innutata wkoll żieda f’diversi illegalitajiet bħal pereżempju l-użu ta’ apparat tal-għajjat elettroniku, li huwa
illegali u li wassal għal żieda fil-qtil ta’ din l-ispeċi Vulnerabbli fil-jiem li għaddew.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ BirdLife Malta Mark Sultana qal: “M’għandna l-ebda dubju, kif żgur li m’għandu l-ebda dubju kull minn għandu ftit sens komun, li n-numri li ssottomettew il-kaċċaturi b’rabta mal-qabdiet li għamlu huma inqas minn
kemm verament qabdu. Dan isir apposta sabiex l-istaġun jibqa’ miftuħ irrispettivament min-numru ta’ Gamiem li ġie kkaċċjat.
Diġà rajna darba wara loħra każi fejn jiġu ddikjarati inqas għasafar minn kemm verament jinqatlu, u għal darba oħra rridu nieqfu nduru mal-lewża u niddeskrivu din il-farsa kif verament hi, jiġifieri farsa. Ejja nassumu li kuljum matul l-ewwel ġimgħa talistaġun, 400 kaċċatur biss qabdu Gamiema f’kull ġurnata tal-istaġun. Dan ixxenarju, li hu ferm konservattiv u assolutament mhux realistiku, diġà jkun ifisser li ntlaħqet iċ-ċifra ta’ 2,800 Gamiema, kważi d-doppju tal-kwota nazzjonali għal din l-ispeċi.”
L-istaġun tal-kaċċa li proprjament fetaħ fl-10 ta’ April għas-Summiena u mis-17 tax-xahar kien permess ukoll fuq il-Gamiema kien karatterizzat minn għadd kbir ta’ illegalitajiet li ġew osservati ta’ kuljum mit-timijiet waqt il-kamp
annwali Spring Watch ta’ BirdLife Malta. Minbarra l-kaċċa illegali fuq il-Gamiem qabel id-data tas-17 t’April, it-tnax-il ġurnata tal-istaġun sal-lum kienu karetterizzati minn illegalitajiet mifruxa madwar il-pajjiż ta’ kuljum – mill-użu
tal-apparat tal-għajjat artifiċjali u anke l-insib għall-Gamiem bl-użu ta’ nases u xbieki. F’għodwa waħda biss, timijiet ta’ BirdLife Malta osservaw aktar minn 300 tir minn post wieħed l-aktar fuq Gamiem hekk kif fl-aħħar ġimgħa kellna
passa tajba ta’ Gamiem.
It-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU), li hija ttaqsima li tirċievi d-data kollha mingħand il-kaċċaturi li jiddikjaraw il-qabdiet tagħhom, sal-lum ma rnexxilhiex tiżgura l-parteċipazzjoni tal-kaċċaturi fissistema tar-rappurtaġġ tal-qbid, u l-istaġun – suppost limitat – ta’ din is-sena ma jidhirx li se jkun differenti wisq, b’ħafna kaċċaturi jiddikjaraw li ma qabdu xejn.
“Il-kaċċaturi pparteċipaw b’qawwa fl-istaġun tal-kaċċa għall-Gamiema ta’ din is-sena, bil-mezzi kollha possibbli biex jassiguraw li jaqbdu kemm jistgħu Gamiem,” ikkummenta l-Kap tal-Konservazzjoni ta’ BirdLife Malta Nicholas
Barbara.
“Sa mis-16 t’April filgħaxija stajna naraw kaċċaturi jarmaw kull tip ta’ decoy tal-Gamiem fil-postijiet fejn jikkaċċjaw u l-apparat tal-għajjat elettroniku (callers) għall-Gamiem issa sar fenomenu ġdid u mifrux.”
Il-Gamiema – li hija kklassifikata bl-istatus ta’ ‘Vulnerabbli għall-Estinzjoni’ mir-Red List tal-Għaqda Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) – qed tkompli tonqos fin-numri fl-Ewropa, minkejja d-deċiżjoni talGvern Malti li jneħħi moratorju li daħal fis-seħħ fl-2017. Din is-sena Task Force tal-Unjoni Ewropea (UE) li twaqqfet mill-Unjoni Ewropea dwar l-Irkupru talGħasafar saħanistra kienet talbet li l-kaċċa għall-Gamiem ma tkunx permessa madwar l-Istati Membri kollha tal-UE fl-2022. Imma minkejja li kienu konxji ta’ din l-informazzjoni, il-Gvern u d-WBRU xorta baqgħu għaddejjin bil-ftuħ tal-istaġun. Filwaqt li Malta, kontra l-isforzi kollha u d-direzzjoni mogħtija millKummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, baqgħet għaddejja bid-deċiżjoni politika li ċċedi għat-talbiet tal-lobby tal-kaċċaturi biex tiftaħ staġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa fuq il-Gamiema protetta, l-inqas li setgħu jagħmlu l-membri ta’ dan il-lobby kien li jkunu ġenwini, ġusti, responsabbli u dixxiplinati. Jidher ċar li ma kinux u filwaqt li dan lilna ma jissorprendiniex, wasal iż-żmien li dan jiġi ddikjarat minn kulħadd bħala inaċċettabbli, inkluż mill-Kummissjoni Ewropea.
Dan l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa mhu xejn ħlief qtil bla kontroll, intenzjonat u indiskriminat ta’ speċi fil-periklu tal-estinzjoni, taħt l-iskuża ta’ deroga minn Direttiva dwar l-Għasafar li għandha l-iskop li tipproteġi lgħasafar tal-Ewropa. L-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa f’Malta hu illegali, immorali u mhux etiku, waqt li hu tal-mistħija għal dawk li ppermettew li jinfetaħ.
//= $special ?>