Il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Edward Scicluna qal li l-Gvern ma jistax jibqa’ jipproteġi lill-konsumatur għal żmien indefinit fid-dawl taż-żieda tal-prezzijiet fl-enerġija u affarijiet bażiċi oħrajn.
Mistoqsi mill-‘Business Today’ jekk il-Gvern jistax jibqa’ jaffordja jissussidja l-kontijiet tal-enerġija u l-prezz tal-qamħ, il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali qal li sta għall-Gvern li jiddeċiedi hu kemm jiflaħ jagħti sussidju.
Edward Scicluna qal li l-Gvern irid mill-iktar fis possibbli joħloq strateġija sabiex jibda gradwalment inaqqas id-defiċit.
Il-Gvernatur tad-Bank Ċentrali qal li l-Gvern għandu jsib bilanċ bejn ix-xewqa li jipproteġi l-konsumatur filwaqt li jipproteġi u jsalva l-ekonomija. Huwa żied jgħdi li l-impatt li qed tħalli l-gwerra tal-Ukrajna mhux wieħed żgħir u għalhekk l-ħtieġa li nissalvagwardjaw l-ekonomija ta’ pajjiżna saret l-isfida tal-ġurnata għall-Gvern Malti.
Ir-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-sena 2021 li kien ippubblikat ilbieraħ juri li l-ekonomija Maltija se tibqa’ f’defiċit … filwaqt li jikkonferma wkoll iż-żieda fl-inflazzjoni, li iktar ma jmur iktar qed tkun ta’ piż għal pajjiżna.
//= $special ?>