Il-każi attivi tal-COVID-19, fl-aħħar sigħat, niżlu taħt l-4,000.
Dan meta sfortunament tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra u meta fiequ 380 persuna mill-virus.
Meta l-ammont ta’ każi ġodda reġistrati fl-aħħar sigħat ammonta għal 206, il-każi attivi bħalissa jimmarkaw 3,977.
Biż-żewġ imwiet tal-aħħar 24 siegħa, it-total ta’ persuni li tilfu ħajjithom bil-Coronavirus sa mill-bidu tla-pandemija f’pajjiżna, issa jammontaw għal 698.
Mill-kważi 4,000 każ attiv, mhux magħruf kemm minnhom jinsabu rikoverati fl-isptar jew kemm minhom jinsabu f’qagħda kritika.
//= $special ?>