Lokali

Il-Kunsill Lokali tal-Munxar iniedi proġett ġdid

Il-Kunsill Lokali tal-Munxar nieda l-Proġett bl-isem ta’ ‘Enhancing the Locality’s Environmental, Cultural and Artistic Value’. 

Dan il-proġett jinkludi investiment infrastrutturali fil-lokalita’ kif ukoll attivitajiet tal-massa. Il-proġett ser jinvolvi bini ta’ belveder fi Triq Sqawi kif ukoll attivita’ ta’ ‘Fireworks and Gastronomy Festival’ li ser tittella nhar is-Sibt li ġej 30t’April 2022 mis-7.30pm ‘il quddiem fi Triq Sqawi l-Munxar. Din l-attivita’ ser tinkludi spettaklu minn bands lokali bhal The Travellers u Straitahead bi preżentazzjoni ta’ Ronald Briffa. L-attivita’ ser tkun tinkludi ukoll spettaklu ta’ loghob tan-nar sinkronizzat mal-mużika. Barra minn hekk il-festival ser joffri opportunita’ ukoll lil kull min jattendi sabiex jiekol ikel tradizzjonali Malti, kollox b’xejn. 

Dan il-proġett qed jittella ‘mill-Kunsill Lokali tal-Munxar b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Gozo Tourism Association, is-Sezzjoni Żghażagh Pawlini Munxarin u l-Munxar Falcons F.C. 

Il-Proġett huwa ko-finanzjat permezz ta’ fondi Ewropej amministrati mill-Gozo Action Group Foundation taħt il-programm Leader. 

Waqt konferenza stampa mtella’ mill-Kunsill Lokali, is-Sindku tal-Munxar is-Sur Damien Spiteri esprima s-sodisfazzjon tiegħu li għal darba ohra l-Kunsill ser ikun qed jibbenefika minn proġett iehor b’finanzjament ta’ Fondi Ewropej filwaqt li ħeġġeġ lin-nies sabiex jattendu għall-attivita tas-Sibt 30 ta’ April. 

Min naħħa tiegħu s-Sur Joe Muscat, CEO tal-Gozo Tourism Association,  esprima l-bżonn li f’Għawdex ikomplu jittelgħu attivitajiet ta’ livell sabiex jattiraw turizmu lejn Għawdex. 

Is-Sur Joe Cordina, Chairman tal-Gozo Action Group Foundation ikkongratula lill-Kunsill Lokali tal-Munxar talli ħadmu sabiex jibbenifikaw minn fondi Ewropej offruti għall-Ghawdex taħt l-amministrazzjoni tal-Gozo Action Group Foundation u ħeġġeġ Kunsilli Lokali Għawdxin oħra sabiex jaħtfu dawn l-opportunitajiiet. 

Tkellem ukoll il-President tas-Sezzjoni Zgħazagħ Pawlini Munxarin, is-Sur Brendon Spiteri, fejn irringrazzja lill-Kunsill Lokali ta’ din l-opportunita’ u qal li bħala għaqda huma dejjem lesti li jikkollaboraw fil-qasam artistiku u kulturali ġewwa r-raħal tal-Munxar. 

Tags