Raġel ta’ 52 sena minn Ħal Qormi li diġa kien ġie kundannat għall-piena ta’ priġunera f’disa’ okkażjonijiet, spiċċa l-ħabs għal 10 darba u ngħata piena 10 x ta’hur ħabs oħra wara li nstab ħati li kellu kważi 12-il gramma raża tal-cannabis fiċ-ċella tiegħu ġewwa -Faċilità Korretiva ta’ Kordin. Id-droga nstabet f’pakkett taċ-ċikkulata Maltesers.
Dan seħħ fil-21 ta’ Novembru 2013 meta saret spezzjoni fiċ-ċella ta’ Mark Pace fejn hemm insabu 11.89 grammi raża tal-kannabis.Ir-raġel li ammetta li kien ħa d-droga l-ħabs kien tressaq mill-Assistent Kummissarju, dak inhar Spettur Dennis Theuma u ;l-Ispettur Spiridione Zammit. Huma qalu li għall-ħabta tas-1.45pm. erba’ uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wettqu spezzjoni ta’ rutina fiċ-ċella 205 f’diviżjoni 5.
Waqt l-ispezzjoni instabet borża taċ-ċikkulata Maltesers li kien fiha ħames blokok tar-raża tal-kannabis. Mix-xhieda tal-Ispettur Spiridione Zammit jirriżulta wkoll illi fl-istess jum li fih instabet is-sustanza fiċ-ċella tal-imputat kienu qed isiru wkoll investigazzjonijiet fil-konfront ta’ priġunier ieħor, ċertu Stephen Abdilla, li llum għandu wkoll 52 sen, li kien instab fil-kumpanija tal-imputat meta l-gwardjani tal-ħabs daħlu fl-istess ċella. Skont ix-xhud, dan rema xi ħaġa minn ħalqu,
Meta l-akkużat ġie mistoqsi dwar il-biċċiet kannella li nstabu fil-pakkett tal-Maltesers fiċ-ċella tiegħu dakinhar stess qal li dawn huma biċċiet ta’ ‘smoke’ u li kien bi ħsiebu jpejjiphom hu għax huwa kien ilu jpejjep l-ismoke minn meta kellu 15-il sena.
Qal ii din kienet ilha għandu xi disat ijiem u li kien xtraha mill-ħabs billi partatha ma’ tmien boroż tabakk. Qal ukoll illi kien partatha ma’ priġunier u illi tagħha kien jagħtih żewġ boroż fil-ġimgħa. Saħaq ili kien ser ipejjipha ftit kuljum u li sa dakinhar stess, filgħodu, kien pejjep minnha fiċ-ċella u li daħlu l-uffiċjali fuqu u xammewha, kif ukoll illi ħdejh kien hemm priġunier ieħor, Stephen Abdilla, li sussegwentement tqiegħed f’diviżjoni 6.
Pace qal li ma jafx jekk Abdilla kienx qed ipejjep il-ħaxixa. U meta ġie ssuġġerit lilu illi kien hu li tah il-ħaxixa li kien qed ipejjep, huwa ċaħad. Tenna illi normalment huma kienu jpejjpu sigaretti tal-brim. Mistoqsi kienx jaf jekk kellux sigarett imqabbad f’ħalqu qabel daħal fiċ-ċella tiegħu, jew jekk qabbadx il-ħaxixa fiċ-ċella tiegħu, l-imputat jgħid illi ma kienx jaf, u li Abdilla kien qed jieħu kafeˋ għandu u mistoqsi jekk Abdilla kienx bela’ l-ħaxixa f’ħalqu kif daħlu fuqhom, huwa jgħid illi ma tax każ għax huwa kien ħdejn il-bieb taċ-ċella.
Mistoqsi kemm kien ilu jpejjep ħaxixa ġewwa l-ħabs, huwa jgħid illi minn meta daħal tliet ġimgħat qabel, huwa xtara r-raża tal-cannabis wara xi erbat ijiem u pejjep kuljum. B’referenza għar-raża li nstabet fil-pussess tiegħu, huwa jgħid illi din kien fiha naqra inqas minn lighter tas-sigaretti, qattagħha biċċiet u għamilha filpakkett tal-Maltesers.
Tenna li minn meta kellu 15-il sena pejjep il-ħaxixa kuljum. Mistoqsi jekk ġieli għaddiex ħaxixa lil xi ħadd ġewwa l-ħabs, huwa qal li dik li sabulu kienet għalih u li dik jien inpejjipha f’jumejn jew gurnata. “Jien ma npejjipx sigaretti inpejjep lilha”, u sostna li hu kellu ħafna ħabs, u li kien għadu kif weħel 12-il sena priġunerija u ried jinsa għax moħħu baqa’ jaħseb.
Id-droga li nstabet fil-pussess tal-imputat kienet tikkonsisti f’ħames biċċiet tar-raża tal-cannabis, f’piż rispettiv ta’ 1.68 grammi, 2.80 grammi, 1.86 grammi, 4.33 grammi u 1.22 grammi, b’kollox f’total ta’ 11.89 grammi, b’puritaˋ ta’ 7% illi, skont ix-xhieda tax-Xjenzat Godwin Sammut, kienet waħda normali. Pace ma nsabx ħati mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li sar reċidiv. Pace ġie ordnat iħallas fi żmien sitt xhur b’€308.32 fi spejjeż tal-Qorti. Il-Qorti ordnat ukoll id-distruzzjoni tad-droga.
//= $special ?>