Il-Kumitat Olimpiku Malti ħabbar it-Tim tal-Lawn Bowls għal-Logħob tal-Commonwealth li ser jsiru f’Birmingham iktar tard fis-sajf. Malta se tkun qed tikkompeti fil-Mens’ and Ladies’ Fours, Mens’ Triples, u Ladies’ Pairs.
Jingħaqad mal-kontinġent li jivvjaġġa lejn Birmingham se jkun hemm il-familja li rebħu il-Medalja tal-Bronż fil-Logħob tal-2018, ġewwa il-Gold Coast fl-Awstralia – Connie, Rebecca, u Rose Rixon, li għal darb’oħra se jkunu qed jilagħbu fil-Ladies Fours. Tingħaqad magħhom id-debuttanta Irene Attard. Il-Ladies jidhru li se jkunu tim b’saħħtu u se jkunu qed ifittxu li jirritornaw fuq il-podju. L-aħwa Rixon Connie u Rebecca se jikkompetu wkoll fil-Ladies Pairs.
It-Tim tal-Fours tal-Irġiel se jkun immexxi mill-aktar plejer ta’ esperjenza Shaun Parnis. Din se tkun ir-raba’ dehra ta’ Parnis f’dawn il-Logħob. Hu se jingħaqad miċ-Champion tal-Atlantiku Mark Malogorski, u l-atleti ġodda Troy Lorimer u Peter Ellul. L-irġiel se jikkompetu wkoll fl-avveniment Men’s Triples.
“L-għażla għall-kontinġent tal-Lawn Bowls tiġbor flimkien tim li ta riżultati eċċellenti għal Malta fil-passat. L-esperjenza tagħhom żgur li se tkun ta’ vantaġġ għall-prestazzjoni ta’ Malta f’Birmingham” irrimarka Julian Pace Bonello, President tal-Kumitat Olimpiku Malti.
//= $special ?>