Lokali

“Kont id-definizzjoni ta’ reżiljenza” – il-preżentatriċi Valerie Vella ssellem il-memorja ta’ missierha

“It-tbissima u l-imħabba tiegħek se tibqa’ iddawwalni għal dejjem”.

Kien b’dan il-kliem li Valerie Vella, preżentatriċi ta’ Net TV, sellmet lil missierha li ħalliena matul il-lejl li għadda.

F’messaġġ mill-isbaħ fuq il-media soċjali, Valerie Vella qalet li missierha kien id-definizzjoni ta’ reżiljenza.

“Grazzi talli kont missieri. Se ngħix biex tkun kburi bija. Imħabbti għalik ma tista’ qatt tkun espressa fi kliem”, kitbet Valerie Vella fuq Facebook.