Lokali

Żagħżugħ Tork iweġġa’ gravi wara li ntlaqat minn oġġett tal-ħadid

Illum, għall-ħabta tal-11am il-Pulizija kienet infurmata li raġel kien weġġa waqt li kien qed jaħdem f’sit viċin Triq Ġuże D’Amato, f’Raħal Ġdid.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li Tork ta’ 26 sena, residenti Birkirkara sofra ġrieħi meta ntlaqat minn oġġett tal-ħadid, waqt li kien qed iħott xi affarijiet minn fuq trakk.

Ir-raġel kien assistit minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, filwaqt li ttieħed l-isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard, it-Tork ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.