Lokali Qorti

“Għandek minuta qabel noqtol lilhom u lili nnifsi” – ir-rakkont ta’ tfajla ta’ 15-il sena

Tfajla ta’ 15-il sena ddeskriviet kif ir-raġel li rabbiha bħla li kien missierha, armat b’pistola, kien qabad lilha u l-kuġina tagħha waqt li jistaħbew minnu f’appartament separat, qabel għajjar lil ommha, u qalilha “inti għandek minuta qabel noqtol lilhom u lili nnifsi.”

It-tfajla xehdet quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo permezz ta’ video link il-Ġimgħa waranofsinhar, hekk kif komplew il-proċeduri kontra missierha li jiffosterja, li jinsab mixli li żamm tliet tfajliet kontra l-volontà tagħhom nhar Ħadd il-Għid fost akkużi oħra.

Qabel ma ħalliet it-tifla tixhed, il-maġistrat spjegatilha li kellha dritt legali li ma tixhedx, għax l-akkużat kien missierha. Ix-xhud iżda qalet li riedet tixhed. Il-ġenituri tagħha kienu ilhom jiġġieldu aktar mis-soltu fl-aħħar ftit xhur, hija qalet.

Il-koppja kienu għaddejjin minn proċeduri ta’ separazzjoni bħalissa u spiss kienu jargumentaw dwar il-kustodja, min kien iżomm id-dar u l-kumpanija,hija qalet. Ommha kienet fittxet il-protezzjoni tal-pulizija qabel, qalet it-tifla.

“Sirt naf min kien missieri u l-akkużat issuspetta li kont naf. Qalli biex nagħżel bejnu u bejn il-missier biloloġiku ,” xehdet it-tfajla li żiedet li taha terminu qasir biex tieħu d-deċiżjoni. “Int trid tagħżel, jew jien jew missierek. Jien xorta nħobbok jekk tagħżel lilu,” hija qalet x’qalilha l-akkużat.

It-tifla kienet qaltlu li se jkollha tiddiskuti l-kwistjoni mal-psikologu tagħha… Jien għedtlu li kelli appuntament magħha nhar it-Tnejn u qalli kelli sat-Tnejn filgħaxija biex niddeċiedi.” “Qabel ma kellimni wiċċ imb wiċċ kien bagħatli messaġġ… qal li kelli nagħżel ‘jew jien jew missierek’.” Iżda l-akkużat kien irrabjat meta sar jaf li kienet ilha tiltaqa’ ma’ missierha propja, u taha siegħa biex tieħu d-deċiżjoni. “Kienu madwar l-10.11pm,” hija qalet.

It-tieni darba li t-tifla marret fit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika u kien nhar Ħadd il-Għid. Hija kienet esprimiet ix-xewqa li tiltaqa’ ma’ missierha propja, iżda minħabba li l-akkużata ssuspettat li ommha u missierha kienu qed ikollhom x’jaqsmu f’relazzjoni, l-omm inizjalment kienet eżitanti spjegat lill-maġistrat.

It-tifla spjegat li ommha ma kinitx qalet lill-akkużat li kienu qed jiltaqgħu mal-missier veru, għax kienet tibża’ minnu. “Hu [l-akkużat] ma kienx iħalliha toħroġ. Għalhekk beżgħet tgħidlu.” F’okkażjoni waħda fil-passat, it-tifla sostniet li kienet f’party ma’ sħabha meta rċeviet telefonata mingħand kuġina.

Din kienet għarrafha li l-akkużat, li ma kienx jaf li se tattendi l-party għax ma qaltlux, kien sar vjolenti meta sar jaf u kien spiċċa weħel ma’ rasu il-kelb, li tefgħu tul il-kamra. “Il-kuġina tiegħi qaltli li kien beda jgħid li kien joqtol lil ommi.”

Meta marru d-dar sabu sikkina imwaħħla mat-tavla tat-tqattigħ u fliexken tal-alkoħol. Missierha kien isir aggressiv meta jixrob, hija qalet, u żiedet li kellu t-tendenza li jixrob filgħaxija. “Meta ma jkunx taħt l-influwenza, ikun tajjeb. Meta jixrob ma jkunx hu stess.”

Wara li marru d-dar Ħadd il-Għid, l-akkużat kien bagħat messaġġ lill-omm fejn talab li tkun taf għaliex ma kinitx infurmatu. Imbagħad ċemplilha u akkuża lix-xhud li gidbet u li kienet ta’ diżrispett. L-akkużat mar id-dar tagħhom, fejn ix-xhud qalet li kienet rieqda fil-kamra tas-sodda ta’ oħtha.

Qalet li hu qajjimha u qalilha “għandek tagħżel, jew missierek jew jien,” qabel ħadilha l-mobile u qalilha biex u tgħid lil missierha jixtrilha wieħed. L-omm daħlet fil-kamra fil-punt u l-akkużat ordnalha toħroġ mid-dar, qalet it-tifla.

Waqt li dar lejn iż-żagħżugħa ta’ 15-il sena, qal lit-tifla biex issejjaħ lil missierha propja “u tgħidlu biex jiġi hawn. Ejja naraw jekk għandux il-blalen biex jiġi.” Għalkemm ma ratux jixrob, missierha kien wiċċu ħamrani, li wassalha biex taħseb li kien fis-sakra, spjegat it-tfajla.

L-avukat Franco Debono, avukat difensur flimkien mal-avukat Arthur Azzopardi, oġġezzjonaw għal din id-dikjarazzjoni. “Issa hi breathalyser?” staqsew lill-qorti. L-Ispettur John Spiteri, li qed imexxi l-prosekuzzjoni, staqsa x’kien wassal lit-tfajla biex taħseb li l-akkużat kien fis-sakra.

“Meta ma jkunx fis-sakra jkun kalm u raġonevoli. Meta jkun fis-sakra ma tistax titkellem miegħu, jibda jgħajjat,”. “Hi ‘għamel 1+1’ ovvjament. Hu kien jissuspetta li konna ma’ missieri propja.” “Waddab lil ommi barra mid-dar u tefa’ lili barra mid-dar ukoll. Qabadni minn xagħri u ħabatli rasi ma’ gwardarobba.

“Tlift in-nuċċali f’dak il-punt u mbagħad inżilt niġri fil-garaxx.” Dan ġara matul il-lejl bejn Ħadd il-Għid u t-Tnejn, spjegat it-tfajla. It-tfal, ħutha, bla żarbun u kienu għadhombil-piġami stennew barra fis-sala tad-dħul, qabel ħarbu fi sqaq biex jinħbew meta semgħu lill-akkużat jiftaħ il-bieb ta’ barra tal-flat biex ifittexhom barra.

“Sabna u qal lili u lill-kuġina tiegħi, ‘morru id-dar.'”Dak il-ħin ma kienx qed iġorr l-arma tan-nar, qalet. Iżda wara li mxew u marru d-dar, rat li l-akkużat kien qed iġorr handgun, li sejħutlu ‘revolver’, f’idejh “Meta smajt il-bieb ta’ barra jinfetaħ, ħassejtni ħażin ħafna. Rajtu nieżel isfel bir-revolver tiegħu.”

Żiedet tgħid li hija konxja li l-akkużat kellu wkoll snieter tal-kaċċa u armi tan-nar oħra. Qal lill-bniet biex iċemplu lil ommhom, hija qalet. L-Ispettur Spiteri staqsa għaliex it-tfajliet kienu obdew lill-akkużat meta raw l-imġieba tiegħu sejra għall-agħar u lilu jżomm pistola.

“Konna nibżgħu li kien se jagħmel xi ħaġa,” wieġbet it-tfajla. “Hu sejjaħ lil ommi fuq il-mobile tagħha u qalilha ‘għandek minuta qabel noqtol lilhom u lili nnifsi’.” L-omm kienet ippruvat tikkalma lill-akkużat, u qaltlu li tħobbu, fakkret it-tfajla.

“Hu qal li kien iħobbha wkoll, iżda qal li kien qed jagħmel dak li kien qed jagħmel ‘minħabba fiha’ filwaqt li pponta lejja”. Iż-żagħżugħa ta’ 15-il sena qalet li mbagħad bagħata fil-kamra tas-sodda tagħha, u qalilha li “lanqas ried iħares lejha”. Meta rrifjutat, l-akkużatkienet ħabtilha rasa fuq wiċċ tal-irħam, u taha bis-sieq, hija qalet.

Oħt it-tifla ta’ 10 snin, li hija awtistika, kienet ħarġet mill-flat meta rat uffiċjali tal-RIU jersqu. “Qbadta minn driegħha u mxejt magħha. Iltqajna mal-uffiċjali fit-taraġ u staqsewna jekk missieri kienx armat. Jien għedt iva.” Xehdet li kienet taf li l-akkużat ħażen uħud mis-snieter tal-kaċċa tiegħu fil-vann tiegħu u li kien mar għall-kaċċa nhar Ħadd il-Għid. Meta semgħet in-naġa ta’ wara tal-vann jinfetaħ, fil-bidu ħasbet li kien sejjer għall-armi tan-nar tiegħu, qalet. “Kont mbeżżgħa.”

Kien hemm okkażjonijiet oħra meta kienet ħassitha mbeżżgħa mill-akkużat, qalet bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-ispettur tal-pulizija. L-avukat tal-parte civile Jason Azzopardi kellu wkoll mistoqsijiet għat-tifla, fejn staqsieha jekk ratx lill-akkużat jimmaniġġja xi munizzjon f’xi ħin. “M’inix ċerta. Mhux se ngħid iva jew le dwar meta kien isfel. Imma fuq kien qed jikkarga l-balal quddiemna.”

Huwa kien għabba l-munizzjon qabel ċempel lil ommha, kompliet. “Kien irrabjat ħafna ħafna ħafna. Wiċċu kien aħmar,” tenniet hi. Wara sar il-kontro-eżami eżaminata minn Franco Debono, it-tfajla spjegat li tal-Appogg qalulha li ma tistax tiltaqa’ mas-sieħeb il-ġdid ta’ ommha waħedha. “Kif spjegawli… sakemm it-testijiet tad-DNA aċċertaw li l-akkużat] kien missieri, ma kellix niltaqa’ miegħu waħdi.

Stajt niltaqa’ miegħu biss ma’ nies oħra preżenti.” Debono issuġġerixxa li omm it-tifla kienet attakkat lill-akkużat nhar il-Ġimgħa l-Kbira. “Ma nafx, għax dakinhar ħriġt ma’ ħabiba tiegħi,” hija qalet. L-avukat talab lill-qorti biex tfakkarha li hija kienet taħt ġurament, li qajjment oġġezzjoni mill-prosekuzzjoni.

L-avukat interrompa b’leħen għoli lill-ispettur hekk kif għamel l-oġġezzjoni, qabel staqsa jekk ix-xhud marritx il-pulizija ma’ ommha nhar il-Ġimgħa l-Kbira. It-tifla wieġbet li ma tiftakarx. Debono staqsa jekk l-omm u l-għarus tagħha qattx ħallew lit-tifla tpejjep il-‘vape pen’, f’okkażjoni partikolari, iżda l-mistoqsija kienet iddikjarata irrilevanti. Viżibbilment irrabjat, Debono qal li ma kellux aktar mistoqsijiet. Qabel iddifferiet il-kawża, il-Qorti ħabbret li se tkun qed toħroġ digriet fuq pleġġ wara li nhar l-Erbgħa meta tixhed l-omm.