Internazzjonali

Il-Gwerra tal-Ukrajna: In-NATO lesta li tgħin lill-Ukreni ‘għal snin’…

NATO Secretary General Jens Stoltenberg gives a press briefing following a extraordinary meeting of the NATO-Ukraine commission about the situation between Ukraine and Russia, at NATO headquarters in Brussels on February 22, 2022. - Russia faced a furious global diplomatic and economic backlash after President Vladimir Putin ordered his forces into Ukraine to secure two breakaway regions. (Photo by JOHN THYS / AFP)

Is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, Jens Stoltenberg, qal li l-Alleanza militari tal-Punent tinsab lesta biex tappoġġja lill-Ukrajna għaż-żmien kollu li hemm bżonn – anki għal snin konsekuttivi – fil-gwerra mar-Russja.

Stoltenberg għamilha ċara li l-Punent u l-Ewropa għandhom ikunu lesti għal gwerra fit-tul, meta r-Russja mhi qed turi l-ebda sinjal li lesta twaqqaf l-offensiva fl-artijiet Ukreni – u bit-theddid minn Moska qed jiżdied fil-livelli ta’ gravità.

Għaldaqstant, il-Kap tan-NATO irrefera għall-‘possibbiltà assoluta’ li l-gwerra fl-Ukrajna tibqa’ iġġebbed għal xhur u x’aktarx snin; bil-Punent jeħtieġ ukoll jagħmel il-pjani għall-kontinġenza.

Il-pajjiżi tan-NATO, flimkien ma’ pajjiżi li mhumiex imsieħba fl-Alleanza, din il-ġimgħa ltaqgħu f’Ramstein, fil-Ġermanja, biex jevalwaw l-aħjar mezzi ħalli jgħinu d-difiża u s-sigurtà tal-Ukrajna.

Dan meta qed jidher aktar ċar li l-gwerra li qed tinsisti biha r-Russja mhix immirata biss għall-Ukrajna iżda anki ( ‘il quddiem) għall-Ewropa u l-Punent kollu.

Stoltenberg aċċenna wkoll għal dan il-fatt mingħajr ma uża l-kliem jew akkużi speċifiċi. Hu, intant, għamilha ċara li l-alleati tal-Ukrajna huma determinati li jipprovdu lill-Gvern fi Kiev bi kwantità ta’ armamenti li jissodisfaw il-kriterji tan-NATO u li jgħinu għal difiża aħjar tal-interessi Ukreni.

Numru ta’ pajjiżi tal-Punent ilhom jibgħatu għajnuna militari u għajnuna finanzjarja lill-Ukrajna mindu l-qawwiet tal-Kremlin invadew lill-Ukrajna fl-24 ta’ Frar.