Ir-rapporti dwar l-aħħar attakk bil-missili fuq Kiev għadhom deħlin fost il-konferma li Vira Hyrych,ġurnalista ma’ Radio Liberty, sfat maqtula b’konsegwenza tal-azzjoni. L-indikazzjonijiet huma li waħda mill-missili tar-Russja qerdet id-dar tal-ġurnalista li ma kellha l-ebda ċans biex issalva.
Ir-Russja, fl-aħħar sigħat, ikkonfermat li sparat il-missili ‘ta’ preċiżjoni għolja’ biex tolqot miri speċifiċi fi Kiev li kienu jinkludu l-faċilitajiet għall-produzzjoni tar-rokits għall-ispazju. Il-kummenti tar-Russi ma kenux ivverifikati mis-sorsi indipendenti.
Intant, qed ikompli l-kalvarju għall-Ukreni f’Mariupol, bil-Gvern Ukren jikkonferma li għaddej b’tentattiv ieħor biex jevakwa liċ-ċivili mill-kumpless industrijali ta’ Azovstal li hu ċirkondat mit-truppi tar-Russja.
Dan meta fil-kumpless ta’ Mariupol fadal numru mhux determinat ta’ qawwiet Ukreni li huma determinati li jirreżistu lill-għadu ‘sal-aħħar balla’.
Fl-aħħar sigħat ukoll tkellem il-Viċi-Segretarju-Ġenerali tan-NATO, Mircea Geoana, li sostna li jistgħu jgħaddu anki s-snin sakemm tintemm il-Gwerra tal-Ukrajna
//= $special ?>