Lokali

Imnedija ‘Moneybase’

Illum ġiet imnedija l-App bl-isem ta’ MoneyBase.

Money Base hija pjattaforma fejn dak li jkun ikun jista’ jagħmel transazzjonijiet online, iħallas, jordna cards virtwali kif ukoll card tradizzjonali, u jkollu aċċess għal aktar minn 20,000 investiment … kollha taħt l-istess eko-sistema.

Il-klijenti u dawk kollha li jużaw Moneybase ser jiffrankaw ukoll meta jonfqu madwar id-dinja grazzi għar-rati kompettitivi.

Wieħed jista’ jniżżel faċilment l-app fuq it-telefon ċellulari tiegħu kif ukoll jagħmel użu mill-website moneybase.com

Din l-App ġiet imnedija mill-kumpanija Calamatta Cuschieri.