“Lura mill-Vjaġġ Appostoliku, nixtieq nirringrazzjak tal-impenn kbir waqt it-tħejjijiet taż-Żjara tiegħi. Insellem ukoll lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa, u l-lajċi li ħadmu flimkien”. Hekk stqarr il-Papa Franġisku f’ittra li bagħat lil Arċisqof ta’ Malta Charles J Scicluna.
Il-Papa rringrazzja lil Arċisqof ta’ Malta tal-merħba sabiħa, tal-ospitalità u tal-ġenerożità. Dan filwaqt li ser jibqa’ jgħożż l-umanità u l-umoriżmu, kif ukoll l-imħabba li ġie muri f’dawn il-jiem mimlija b’tant ferħ li għamel f’Malta.
Huwa saħaq li ser iżomm lil kulħadd fit-talb tiegħu u talab li nagħmlu l-istess.
“J’alla l-Mulej Ġesù jbierkek u l-Verġni Qaddisa tħares lilek u l-poplu li ġie afdat fil-kura pastorali tiegħek” temm jgħid il-Papa lill-Arċisqof.
//= $special ?>