Sport Sport Ieħor

James Zahra jtemm fis-seba’ post fil-European Cup

Katryna Esposito fil-kategorija 48kgs, u James Zahra fis-60kgs u l-kowċ, Aurelian Fleisz, ħadu sehem fil-European Cup ta’ Dubrovnik li kien l-ewwel avveniment Ewropew għat-tim din is-sena.

James Zahra temm fis-7 post minn 20 judoka minn 13-il pajjiż.

Fi triqtu lejn il-kwarti finali, Zahra l-ewwel elimina lil Cvek mill-Kroazja mal-art bi strangle. Kontra t-Taljan Ferro li ilu fit-tour mill-2015, Zahra kien qed jitlef sa 5 sekondi minn tmiem il-fonfront fejn tefa’ lil Ferro b’O-Soto-Gari (teknika bis-saqajn), biex ġab l-iskor indaqs. Il-logħba marret fil-golden score għal minuta u 42 sekonda oħra.

Kien Zahra li ħareġ rebbieħ, meta reġa’ tefa’ lil Ferro b’O-Soto-Gari oħra. Kontra Ferguson mill-Gran Brittanja fil-kwarti tal-finali kienet bilanċjata u marret fil-golden score għal 2 minuti u 38 sekonda.

Fl-aħħar, kien Ferguson li tefa’ lil Zahra fejn temm fit-tieni post.

Zahra fir-repechage fl-ewwel konfront kien kontra s-Serb Ledjanski, li qabel kien tilef kontra Ferguson. Zahra rebaħ b’Ippon.

Fil-konfront għat-tielet post kontra Weling tal-Olanda kien Weling li tefa’ darbtejn lil Zahra biex b’hekk spiċċa l-logħba b’wazari-awasate-ippon (2 wazari (it-tieni l-ogħla punteġġ) li huma ekwivalenti għal ippon).

L-impenn li jmiss tat-tim huwa t-Tazza Ewropea ta’ Sarajevo il-ġimgħa d-dieħla.