Skont rapport ippubblikat illum mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, xahar wara l-ieħor l-għoli tal-ħajja qed tkompli tiżdied. Bl-istatistika maħruġa mill-istess Bank Ċentrali turi li l-għoli tal-ħajja u ż-żieda fil-prezzijiet huma f’livelli rekord – livelli li qatt ma rajna bħalhom f’dawn l-aħħar 5 snin.
L-Economic Update jitkellem fost l-oħrajn dwar is-sentiment fost il-persuni involuti fin-negozji lokali, fejn intqal li – għalkemm dan is-sentiment naqas matul Marzu, xorta jibqa’ wieħed pożittiv. Naqas fost l-oħrajn is-sentiment pożittiv fis-settur tal-kostruzzjoni, filwaqt li fis-settur tas-servizzi il-fiduċja żdiedet.
L-istess rapport jindika kif f’Marzu ta’ din is-sena naqsu bi ftit il-konvenji u l-kuntratti fuq propjetà. Dan meta kumparat ma’ Marzu tal-2021.
Fil-fatt, ix-xahar li għadda saru b’kollox 1,113-il konvenju filwaqt li ġew iffirmati 1,165 kuntratt ta’ bejgħ.
//= $special ?>