L-attakkant ta’ Liverpool Mohammed Salah rebaħ l-unur tal-aqwa player tal-Football Writers’ Association wara li skorja 30 gowl għal Liverpool dan l-istaġun. L-attakkanta Awstraljana ta’ Chelsea Sam Kerr rebħet l-unur tal-aqwa player tan-nisa tal-FWA fejn għinet lil Chelsea jirbħu l-Women’s Super League bi 18-il gowl dan l-istaġun. Salah rebaħ dan l-istess unur fl-ewwel staġun tiegħu ma’ Liverpool fl-2017/18.
Salah huwa parti integrali mit-tim li għadu biċ-ċans li jirbaħ l-erba’ unuri maġġuri dan l-istaġun, fejn diġa’ rebħa l-Carabao Cup fi Frar li għadda wara li għelbu lil Chelsea fil-finali. Intant, Liverpool jinsabu f’taqtigħa għar-rebħ tal-Premier League ma’ Man City filwaqt li jinsabu viċin li jagħmluha għal finali tal-UEFA Champions League wara r-rebħa fuq Villarreal fl-ewwel leg tas-semi finali.
//= $special ?>