Futbol Sport

Ralph Rangnick ikkonfermat kowċ tal-Awstrija

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ interim ta’ Man Utd Ralph Rangnick ġie kkonfermat bħala kowċ tal-Awstrija iżda se jkun qed iżomm postu bħala konsulent ma’ Man Utd. Rangnick qal li se jkun qed jagħmel minn kollox biex jgħin lil Man Utd jerġgħu jiksbu suċċess.

Il-kowċ Ġermaniż ta’ 63 sena iffirma kuntratt ta’ sentejn mal-Awstrija fi tmiem l-istaġun. Rangnick qal li huwa ta’ unur li se jkun qed jieħu postu f’din il-kariga filwaqt li jinsab ħerqan li jmexxi dan it-tim żagħżugħ għall-kwalifikazzjoni tal-Euro 2024 li se jsiru fil-Ġermanja.

Ranginck rebaħ għaxar partiti ma’ Man Utd dan l-istaġun minn 25 partita wara li aktar kmieni fil-karriera mexxa lil Stuttgart, Hannover, Hoffenheim, Schalke, RB Leipzig u aktar riċenti lil Lokomotiv Moscow.