Membri mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit (RIU), waqt spezzjonijiet tat-traffiku li wettqu matul il-lejl li għadda fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi, arrestaw raġel wara li nstab fil-pussess ta’ ammont ta’ droga.
Għall-ħabta tal-ħdax neqsin kwart (2245hrs), il-Pulizija nnutaw Toyota IQ tieqaf ftit ‘il bogħod minnhom u x-xufier jaġixxi b’mod suspettuż.
Kif raw dan, il-Pulizija avviċinaw l-imsemmija vettura u wara tfittxija fiha u fuq ir-raġel, li aktar tard irriżulta li għandu 36 sena u jgħix Ħal Qormi, sabu diversi pakketti suspettati kokaina, flus kontanti u oġġetti oħra relatati maddroga.
Ir-raġel ġie arrestat fuq il-post u mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-ħdax u kwart (1115hrs) quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia LL.D mill-Pulizija tad-Distrett, flimkien mal-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
//= $special ?>