Sport Sport Ieħor

Sentenza ta’ sentejn u nofs priġunerija għal Boris Becker

L-eks numru wieħed tat-tennis Boris Becker weħel sentejn u nofs priġunerija wara li naqas milli jiddikjara assi u loans li jammontaw għal £2.5 miljun, biex jevita li jħallas id-dejn li kellu. Is-sitt darbiet champion tal-Grand Slam ċaħad dawn l-akkużi meta ddikjara li falla fl-2017, b’dejn ta’ madwar £50 miljun.

Becker li għandu 54 sena instab ħati taħt erba’ kapi ta’ akkużi u nħeles mill-20 akkuża l-oħra. Il-każ ta’ Becker ingħata prominenza fl-2017 wara li naqas milli jħallas loan ta’ £3 miljun f’villa f’Majorca, fi Spanja.