Internazzjonali

Żewġ splużjonijiet qawwija fi Kiev

Żewġ spluzjonijiet heżżew il-kapitali Ukrena, hekk kif mhuma jaqtgħu xejn l-attakki mir-Russi. Ir-rockets Russi laqtu Kiev waqt li s-Segretarju Generali tan-Nazzjonijiet Uniti Antonio Guterres kien għaddej biż-żjara tiegħu fl-Ukrajna.

Waqt din iż-żjara, Guterres kien kritiku għall-Kunsill tas-Sigurtà li ftit li xejn kien deċiżiv biex jiġi evitat dan il-kunflitt. Hu qal li għalih, dan kien diżappunt kbir – u xi ħaġa li toħloq fih rabja u frustrazzjoni.

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti huwa magħmul minn 15-il pajjiz, u xogħlu hu li jassigura s-sigurtà u l-paċi globali. Kien għalhekk li dan il-Kunsill ġie kritikat għaliex naqas milli jaġixxi minn mindu faqqghet l-invazjoni tar-Russi fi Frar li għadda.