Lokali

414,669 vettura fit-toroq ta’ pajjiżna

Sal-aħħar ta’ Marzu, in-numru ta’ vetturi reġistrati fit-toroq Maltin kien dak ta’ 414,669.

Minn dawn, 75.6% kienu karozzi privati, 13.8% kienu vetturi kummerċjali, 9.4% kienu muturi jew e-scooters filwaqt li l-karozzi tal-linja u l-minibuses ammontaw għal inqas minn 1%.

Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena nħarġu ftit iktar minn 5,000 liċenzja għal vetturi ġodda, bil-maġġoranza tagħhom ikunu karozzi privati li ammontaw għal 3.061 filwaqt li kien hemm 1,312-il mutur jew e-scooter ġdid.

U matul l-istess tliet xhur, 7,084 vettura tneħħew mit-toroq Maltin peress li kien hemm xi restrizzjonijiet – 33.6% tagħhom kien skrappjati, 33.2% kienu iggaraxxjati filwaqt li 31.3% tpoġġew għall-bejgħ.

Mit-total ta’ 414,669 vetturi li għandna f’pajjiżna, 59.2% għandhom magna petrol, 37.6% magna diesel filwaqt li l-vetturi li huma elettriċi jew hybrid ilaħħqu biss għal 1.7% jew 7,122.