Lokali

Awguri Sarah u James! Jiżżewweġ il-ġurnalist James Aaron Ellul

Fil-Knisja tal-Kapuċċini fil-Furjana, dalgħodu saret iċ-ċerimonja taż-żwieġ tal-kollega tagħna James Aaron Ellul u l-mara tiegħu Sarah Jane.

Il-ġurnalist u newscaster ta’ dan l-istazzjon iżżewweġ lil Sarah Jane f’ċerimonja ċelebrata minn Patri Joe Buttigieg.

Preżenti kien hemm il-familja u l-ħbieb ta’ James u Sarah Jane, kif ukoll kollegi min-Newsroom ta’ Media.Link Communications, ġurnalisti, camera persons, video editors u diversi ħaddiema ohra tal-media tagħna.

It-tieg fil-Furjana kien wiehed sinifikanti anke ghall-fatt li James Aaron Ellul huwa minority leader f’din il-lokalità, li hija tant ghaziza ghalih.

Ic-cerimonja taz-zwieg kienet segwita minn riceviment illi sar f’lukanda f’San Giljan.

F’isem it-tmexxija ta’ dan l-istazzjon nawguraw lil din il-koppja futur mill-isbah.