Matthias Mizzi
SIRENS…………2
BALZAN………..3
Sirens: S. Mintoff, C.Borg, M. Lomis, B. Gavrila (H. Marcellino 77’) , A. Borg, T. Tabone (A. Cini 77’), J. Walker (A. Effiong 77’), C. Zammit Lonardelli, C. Riascos (D. Jackson 62’), V. Viera, R. Cardoso
Balzan: R. Briffa, A. Loof, M. Grima, M. Duric, P. Fenech, N. Gulan, U. Ljubomirac, M. Zlatkovic, S. Jalu (B’ Kaljevic 72’), N. Frendo (G. Camilleri 46’), A. Andrejic (A. Bradshaw 77’)
Imwissija: U. Ljubomirac 61’, A. Effiong 85’, R. Briffa 90’
Skorjaw: M. Grima 20’, V. Viera 23’ , M. Lomis 27’, M. Duric 49’, A. Andrejic 58’
Referee: Glen Tonna
Assistenti Referees: Edward Spiteri & Shaun Calleja
Il-Mument Plejer tal-Logħba: P. Fenech (BLZ)
BOV Plejer tal-Logħba: A. Andrejic(BLZ)
Balzan ikunu kapaċi jdawru telfa f’rebħa fit-tieni taqsima u jsaħħu t-tamiet tagħhom għas-salvazzjoni sal-aħħar ġurnata tal-Kampjonat.
F’bidu kwiet miż-żewġ naħat l-ewwel tentattiv lejn il-lasti wasal fid-19-il minuta logħob meta minn free-kick l-ballun waqa’ tajjeb għand Milos Zlatkovic b’dan spara għoli. Minuta biss wara Balzan fetħu l-iskor b’xutt minn barra ‘l kaxxa ta’ Marcus Grima. Il-ferħ ta’ Balzan ma damx wisq għaliex tliet minuti wara Vitor Viera avvanza tajjeb lejn il-kaxxa u b’xutt fil-baxx għeleb għalkollox lil Rudy Briffa. Ftit qabel in-nofsiegħa logħob Sirens marru fil-vantaġġ. Kien l-istess Brażiljan Viera li ddefenda tajjeb il-ballun sakemm l-attakkant Marios Lomis ippenetra lid-difiża u mill-kaxxa ż-żgħira ma żbaljax b’konklużjoni fil-baxx. Tmien minuti wara l-istess Sirens kienu sfortunati milli jagħmluhom tlieta meta d-daqqa ta’ ras ta’ Viera stampat mal-mimduda. Balzan irrisponew tajjeb biex fl-40 minuta Suleiman Jalu ma approfittax minn pass preċiż fuqu bejn id-difiża, bil-ballun baqa’ għaddej u ntemm għand Paul Fenech iżda x-xutt ta’ dan ġie salvat mingħajr wisq diffikultà. Bir-ritmu tal-logħba kompla jintensifika, ħames minuti wara Fenech reġa’ kien sfortunat wara li x-xutt tiegħu ntlaqa’ minn Mintoff u ħabat mal-wieqfa.
Erba’ minuti minn ftuħ it-tieni taqsima Milan Duric għamel l-iskor indaqs bi ġmiel ta’ free-kick dirett. Il-Balzanin ikomplu jirsistu biex ftit minuti wara jerġgħu jaqilbu l-iskor favurihom permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Aleksa Andrejic. Il-kumplament ta’ din it-taqsima kompla f’wieħed ibbilanċjat b’Balzan aktar dominanti fuq l-avversarji f’xi waqtiet.
//= $special ?>